Lk

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 1 сер 2019
  • ( IN THE SIXTH MONTH - FIS-SITT XAHAR )
    - MARCH 25 - Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej - Int se tnissel fi ħdanek u jkollok iben.
    - AUGUST 2 - PROPER GOSPEL on the Franciscan Feast of Our Lady of the Angels of the Portiuncula - The Pardon of Assisi - 2 ta’ Awwissu, L-IMQADDSA VERĠNI MARIJA TAL-ANĠLI FIL-PORZIUNCOLA. Festa
    - AUGUST 22 - The Queenship of Mary (Memorial) - L-Imqaddsa Verġni Marija Reġina (TO)
    - www.liturgies.net/saints/mary... -
    - DECEMBEER 20 - Privileged feria: The 6th day of the Christmas Novena - & - The 4th 'O' Antiphon in ERO CRAS - (Isaiah 22, 22) O CLAVIS DAVID - Hallelujah: O Muftieħ ta’ David - O Key of David - Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben.
    Evanġelju
    Lq 1, 26-38
    Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
    [Lq:1:26] Fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f'belt tal-Galilija. jisimha Nazaret, [Lq:1:27] għand xebba, mgħarrsa ma' raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta' David. Dix-xebba kien jisimha Marija. [Lq:1:28] L-anġlu daħal għandha u qalilha: "Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek." [Lq:1:29] Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x'setgħet qatt tfisser din it-tislima. [Lq:1:30] Iżda l-anġlu qalilha: "Tibżax, Marija, għax inti sibt grazzja quddiem Alla. [Lq:1:31] Ara, int se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù. [Lq:1:32] Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin l-Għoli. Il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta' David missieru [Lq:1:33] u jsaltan għal dejjem fuq dar Ġakobb, u ma jkunx hemm tmiem għas-saltna tiegħu".
    [Lq:1:34] Iżda Marija qalet lill-anġlu: "Kif ikun dan, ladarba ma nagħrafx raġel?". [Lq:1:35] Wieġeb l-anġlu u qalilha: "L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek. U għalhekk dak li jitwieled minnek ikun qaddis, u jissejjaħ Bin Alla. [Lq:1:36] Ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, fi xjuħitha, hi wkoll nisslet iben fil-ġuf, u ġa għandha sitt xhur dik li għaliha kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal, [Lq:1:37] għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir".
    [Lq:1:38] Imbagħad qalet Marija: "Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek". U l-anġlu telaq minn quddiemha.
    Il-Kelma tal-Mulej
    R/. Tifħir lilek Kristu
    ======================================
    laikosblog.org/2022/10/06/qq_...
    .

КОМЕНТАРІ • 1

  • @martinurry7107
    @martinurry7107 4 роки тому

    I feel we are in need of paryers for converion of us and all our fsmilys and the hole world