MONDAY GOSPEL after PENTECOST SUNDAY - Jn

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 18 тра 2024
  • MONDAY IN ORDINARY TIME - After Solemnity of Pentecost Sunday
    Memorial of the Blessed Virgin Mary, Mother of the Church
    MARIJA, OMM U XBIEHA TAL-KNISJA - Tifkira O
    Evanġelju
    "Hawn hu Ibnek, hemm hi ommok".
    Ġw 19, 25-34
    Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
    F’dak iż-żmien [Ġw:19:25] kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta' Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta' Kleofa, u Marija ta' Magdala.
    [Ġw:19:26] Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: "Mara, hawn hu ibnek." [Ġw:19:27] Imbagħad qal lid-dixxiplu: "Hawn hi ommok." U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu.
    [Ġw:19:28] Wara dan, Ġesù, billi issa kien jaf li kollox kien mitmum, biex isseħħ l-Iskrittura qal: "Għandi l-għatx!" [Ġw:19:29] Kien hemm bieqja mimlija bil-ħall; huma xarrbu sponża bil-ħall, waħħluha ma' qasba ta' l-issopu, u ressquhielu lejn ħalqu. [Ġw:19:30] Kif Ġesù ħa l-ħall, qal: "Kollox hu mitmum!". Imbagħad mejjel rasu u radd ruħu.
    [Ġw:19:31] Billi kien Jum it-Tħejjija tal-Għid, il-Lhud ma ridux li f'jum is-Sibt l-iġsma jibqgħu fuq is-salib, għax dak is-Sibt kien jum solenni għalihom. Talbu mela lil Pilatu biex jiksrulhom riġlejhom u jneħħu l-iġsma.
    [Ġw:19:32] Għalhekk ġew is-suldati u kisru r-riġlejn tal-ewwel u tat-tieni wieħed li kienu msallbin miegħu. [Ġw:19:33] Iżda meta waslu għal Ġesù, billi raw li kien ġa mejjet, ma kisrulux riġlejh. [Ġw:19:34] Madankollu wieħed mis-suldati nifidlu ġenbu b'lanza, u minnufih ħareġ demm u ilma.
    Il-Kelma tal-Mulej
    R/. Tifħir lilek Kristu
    ========================
    ORDNI - ORDO -- IT-TNEJN, L-GĦADA TA' ĦADD PENTEKOSTE - L-GĦID IL-ĦAMSIN
    Mill-Martiroloġju Ruman
    It-titlu tal-IMQADDSA MARIJA OMM IL-KNISJA kellu l-bidu tiegħu meta twieled minnha Kristu, ir-Ras tal-Knisja, u hija saret Omm il-mifdijin kollha qabel ma’ binha miet fuq is-Salib. San Pawlu VI, Papa, ikkonferma dan it-titlu tagħha solennement fid-diskors li kien għamel lill-Isqfijiet fil-Konċilju Vatikan II fil-21 ta’ Novembru 1964 u ordna li għandha “tingħata dan il-ġieħ billi tissejjaħ b’dan l-isem ħelu li anki llum jintuża mill-poplu nisrani kollu”.

КОМЕНТАРІ •