Lk

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 4 жов 2024
  • ( AT THAT TIME )
    -- FEBRUARY 11 - OUR LADY OF LOURDES & WORLD DAY OF THE SICK
    'I am the handmaid of the Lord' - "Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej".
    -- MARCH 25 - The Gospel on The Solemnity of the Annunciation of the Lord
    www.vaticannew... 25/03/2023 -
    March 25 2023, Holy Mass and Angelus prayer - • March 25 2023, Holy Ma... -
    Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej - Int se tnissel fi ħdanek u jkollok iben.
    -- AUGUST 22 - The Queenship of Mary (Memorial) - L-Imqaddsa Verġni Marija Reġina (TO)
    "Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek. Imbierka inti fost in-nisa".
    www.liturgies.... -
    -- SEPTEMBER 12 - THE HOLY NAME OF MARY - L-ISEM TAL-IMQADDSA VERĠNI MARIJA
    -- OCTOBER 7 - OUR LADY OF THE ROSARY - "Inti se tnissel fi ħdanek u jkollok iben".
    Or Alt., Gospel Lk1, 39-47 - • Video -
    -- DECEMBER 8 - SOLEMNITY OF THE IMMACULATE CONCEPTION
    It-Tnissil bla Tebgħa tal-Imqaddsa Verġni Marija, Solennità
    "Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek".
    -- DECEMBER 12 - THE EVER VIRGIN HOLY MARY OF GUADALUPE - www.vaticannew... - ( or Proper GOSPEL, Lk 1, 39-48 - • Lk 1:39-48 -- Mary Vis... - )
    -- IN YEAR B - THE GOSPEL ON 4th SUNDAY OF ADVENT
    "Int se tnissel fi ħdanek u jkollok iben".
    Evanġelju
    Lq 1, 26-38
    Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
    F'dak iż-żmien: [Lq:1:26] Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, [Lq:1:27] għand xebba, mgħarrsa ma' raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta' David; Dix-xebba kien jisimha Marija. [Lq:1:28] L-anġlu daħal għandha u qalilha: "Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek".
    [Lq:1:29] Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x'setgħet qatt tfisser din it-tislima. [Lq:1:30] Iżda l-anġlu qalilha: "Tibżax, Marija, għax int sibt grazzja quddiem Alla. [Lq:1:31] Ara, int se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù. [Lq:1:32] Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin l-Għoli. Il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta' David missieru, [Lq:1:33] u jsaltan għal dejjem fuq dar Ġakobb, u ma jkunx hemm tmiem għas-saltna tiegħu”.
    [Lq:1:34] Iżda Marija qalet lill-anġlu: "Kif ikun dan, ladarba ma nagħrafx raġel?" [Lq:1:35] Wieġeb l-anġlu u qalilha: "L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek. U għalhekk dak li jitwieled minnek ikun qaddis u jissejjaħ Bin Alla. [Lq:1:36] Ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, fi xjuħitha, hi wkoll nisslet iben fil-ġuf, u ġa għandha sitt xhur dik li għaliha li kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal, [Lq:1:37] għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir".
    [Lq:1:38] Imbagħad qalet Marija: "Ara, jien il-qaddejja tal-Mulej; ħa jsir minni skont kelmtek!". U l-anġlu telaq minn quddiemha.
    Il-Kelma tal-Mulej
    R/. Tifħir lilek Kristu
    =======================================================
    LAIKOS - laikosblog.org... - Qari tar-Raba’ Ħadd tal-Avvent ...

КОМЕНТАРІ •