Lk

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 11 гру 2023
  • DECEMBER 12 - THE EVER VIRGIN HOLY MARY OF GUADALUPE - L-Imqaddsa Verġni Marija ta’ Gwadalupe
    - And why is this granted me, that the mother of my Lord should come to me? -
    Evanġelju
    "Minn fejn ġieni dan li omm Sidi tiġi għandi?"
    Lq 1, 39-48
    Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
    [Lq:1:39] F'dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f'belt tal-Lhudija. [Lq:1:40] Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. [Lq:1:41] Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; [Lq:1:42] u nfexxet f'għajta kbira u qalet: "Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! [Lq:1:43] U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? [Lq:1:44] Għax ara, malli smajt f'widnejja leħen it-tislima tiegħek, it-tarbija li għandi fil-ġuf qabżet bil-ferħ. [Lq:1:45] Iva, hienja dik li emmnet li jseħħ kulma bagħat jgħidilha l-Mulej!"
    [Lq:1:46] Imbagħad qalet Marija:
    Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej,
    [Lq:1:47] u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Alla s-Salvatur tiegħi
    [Lq:1:48] għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu.
    Il-Kelma tal-Mulej
    R/. Tifħir lilek Kristu
    -------------------------------------------
    **The Gospel Lk 1:39-48, as proclaimed from St Peter's Basilica, Holy Mass presided over by Pope Francis on the Feast of Our Lady of Guadalupe - Published on 12 Dec 2023
    - • 12 December 2023, Holy... -
    -------------------------------------------

КОМЕНТАРІ •