Mk

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 25 січ 2024
  • IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WK 4 IN ORDINARY TIME
    EVANĠELJU
    Kien jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa.
    Mk 1, 21-28
    Qari mill-Evanġelju skont San Mark
    F’dak iż-żmien, [Mk:1:21] Ġesù u d-dixxipli tiegħu daħlu Kafarnahum. Malajr, f’jum is-Sibt, daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem. [Mk:1:22] In-nies baqgħu mistagħġbin bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa, u mhux bħall-kittieba.
    [Mk:1:23] Mela jkun hemm fis-sinagoga tagħhom raġel bi spirtu ħażin [Mk:1:24] u qabad jgħajjat u jgħid: "Aħna x'għandna x'naqsmu, Ġesù ta' Nazaret? Ġejt biex teqridna? Jien naf min int: Il-Qaddis ta' Alla!".
    [Mk:1:25] Imma Ġesù kkmandah: "Iskot u oħroġ minnu!". [Mk:1:26] Imbagħad l-ispirtu ħażin lir-raġel beda jħabbtu ħafna, għajjat għajta kbira u ħareġ minnu.
    [Mk:1:27] U lkoll stagħġbu, u bdew jistaqsu lil xulxin u jgħidu: "Dan x'inhu? X'tagħlim ġdid mogħti bis-setgħa! Sa lill-ispirti ħżiena jikkmanda, u huma joqogħdu għalih!". [Mk:1:28] U l-fama tiegħu malajr xterdet ma' l-inħawi kollha tal-Galilija.
    Il-Kelma tal-Mulej
    R/. Tifħir lilek Kristu

КОМЕНТАРІ •