Jn 15:1-8 -- I am the vine, you are the branches - Min jibqa’ fija, u jien fih, dan jagħmel ħafna

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 16 тра 2022
  • - IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL IN WEEK 5 OF EASTER
    - WEDNESDAY GOSPEL IN WEEK 5 OF EASTERTIDE
    - JULY 23 - ST BRIDGET OF SWEDEN, RELIGIOUS; PATRON SAINT OF EUROPE
    - OCTOBER 15 - Proper Gospel on the feast of ST TERESA OF AVILA - VIRGIN, DOCTOR
    Evanġelju
    Min jibqa’ fija, u jien fih, dan jagħmel ħafna frott.
    Ġw 15, 1-8
    Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: [Ġw:15:1] "Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. [Ġw:15:2] Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar. [Ġw:15:3] Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għedtilkom.
    [Ġw:15:4] Ibqgħu fija, u jiena nibqa' fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija. [Ġw:15:5] Jiena d-dielja, intom il-friegħi. Min jibqa' fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott; għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn. [Ġw:15:6] Jekk wieħed ma jibqax fija, jintrema barra bħal fergħa, u jinxef; imbagħad, friegħi bħal dawn jiġbruhom u jixħtuhom fin-nar u jinħarqu.
    [Ġw:15:7] Jekk tibqgħu fija u kliemi jibqa' fikom, itolbu kulma tridu, u jingħatalkom. [Ġw:15:8] Din hi l-glorja ta' Missieri, li intom tagħmlu ħafna frott u tkunu dixxipli tiegħi".
    Il-Kelma tal-Mulej
    R/. Tifħir lilek Kristu
    .

КОМЕНТАРІ •