Mt 25:1-13 -- The wise and foolish virgins - Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh!

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 4 жов 2024
  • AUGUST 9 - Proper Gospel - ST. TERESA BENEDICTA OF THE CROSS (EDITH STEIN), Virgin and Martyr -- S. Tereża Benedetta tas-Salib. Festa - Il-Għarus ġej: oħorġu ilqgħuh.
    FRIDAY GOSPEL OF WEEK 21 IN ORDINARY TIME - Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh!
    NOVEMEBR 2 - One of the alternative GOSPELS on - The Commemoration of All the Faithful Departed (ALL SOULS) - Mt 25, 1-13 - Ishru, mela, għaliex la tafu l-jum u lanqas is-siegħa -
    In Yr A - SUNDAY GOSPEL OF WK 32 IN ORDINARY TIME - Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh! -
    Evanġelju
    Mt 25:1-13
    Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: [Mt:25:1] "Is-Saltna tas-Smewwiet issir tixbaħ lil għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. [Mt:25:2] Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, [Mt:25:3] il-boloh ħadu l-imsiebaħ u ma ħadux żejt magħhom, [Mt:25:4] waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ, iżda wkoll iż-żejt fil-kwies. [Mt:25:5] Il-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom in-ngħas u raqdu.
    [Mt:25:6] Imbagħad f'nofs ta' lejl instama' min jgħajjat: "Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh!". [Mt:25:7] Dawk ix-xebbiet qamu lkoll u ħejjew l-imsiebaħ tagħhom. [Mt:25:8] Iżda l-boloh qalu lill-għaqlin: 'Agħtuna ftit żejt minn tagħkom, għax l-imsiebaħ tagħna jintfew.' [Mt:25:9] Qabżu l-għaqlin u qalu: 'Għandu mnejn ma jibqax biżżejjed, la għalina u lanqas għalikom! L-aħjar, morru għand tal-ħanut u ixtru għalikom.' [Mt:25:10] Xħin dawk marru biex jixtru jiġi l-għarus; u dawk li kienu lesti daħlu miegħu fis-sala u l-bieb ingħalaq. [Mt:25:11] Sa fl-aħħar waslu wkoll ix-xebbiet l-oħra, u bdew jgħidu: 'Mulej, Mulej, iftħilna!' [Mt:25:12] Iżda hu weġibhom u qal: 'Tassew, ngħidilkom, lilkom ma nafkomx.' [Mt:25:13] Ishru, mela għaliex la tafu l-jum u lanqas is-siegħa."
    Il-Kelma tal-Mulej
    R/. Tifħir lilek Kristu.
    ==================
    video - FROM: LUMO-GOSPEL OF MATTHEW CHAPTER 25:1-30
    • LUMO-GOSPEL OF MATTHEW... -
    .

КОМЕНТАРІ •