AUGUST 6 Yr A - Mt 17:1-9 - TRANSFIGURATION OF THE LORD - This is my Son, the Beloved; Listen to him

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 4 сер 2023
  • 6 ta' Awwissu - IT-TRASFIGURAZZJONI TAL-MULEJ - Sena A
    Evanġelju
    Dan hu Ibni l-għażiż: isimgħu lilu!
    Mt 17, 1-9
    Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
    Sitt ijiem wara, [Mt:17:1] Ġesù ħa miegħu lil Pietru u 'l Ġakbu u 'l ħuh Ġwanni, tellagħhom fuq muntanja għolja weħidhom, [Mt:17:2] u tbiddel quddiemhom. Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, u lbiesu sar abjad bħad-dawl. [Mt:17:3] U dehrulhom Mosè u Elija jitħaddtu miegħu. [Mt:17:4] Qabeż Pietru u qal lil Ġesù: "Mulej, kemm hu sew li aħna hawn! Jekk trid intella' hawn tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè u waħda għal Elija." [Mt:17:5] Kif kien għadu jitkellem, sħaba kollha dawl għattiethom u minn ġos-sħaba nstema' leħen jgħid: "Dan hu Ibni l-għażiż, li fih sibt l-għaxqa tiegħi; isimgħu lilu." [Mt:17:6] Id-dixxipli, kif semgħu dan, waqgħu wiċċhom fl-art, mimlijin biża'. [Mt:17:7] Ġesù resaq lejhom, messhom u qalilhom: "Qumu. La tibżgħux." Mt:17:8] Huma refgħu għajnejhom u ma raw lil ħadd ħlief lil Ġesù waħdu. [Mt:17:9] Huma u neżlin minn fuq il-muntanja, Ġesù ordnalhom u qalilhom: "Tgħidu lil ħadd b'din id-dehra sa ma Bin il-bniedem ikun qam mill-imwiet."
    Il-Kelma tal-Mulej
    R/. Tifħir lilek Kristu

КОМЕНТАРІ •