Lk 1: 26-33 -- The Birth of Jesus Foretold - It-taħbira tat-twelid ta' Ġesù Kristu

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 1 сер 2019
  • The short form to GOSPEL - Lk 1, 26-38 -- • Lk 1:26-38 -- The Birt... --
    Evanġelju
    Lq 1, 26-33
    Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
    [Lq:1:26] Fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f'belt tal-Galilija. jisimha Nazaret, [Lq:1:27] għand xebba, mgħarrsa ma' raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta' David. Dix-xebba kien jisimha Marija. [Lq:1:28] L-anġlu daħal għandha u qalilha: "Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek." [Lq:1:29] Hi tħawwdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x'setgħet qatt tfisser din it-tislima. [Lq:1:30] Iżda l-anġlu qalilha: "Tibżax, Marija, għax inti sibt grazzja quddiem Alla. [Lq:1:31] Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù. [Lq:1:32] Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin l-Għoli. Il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta' David missieru [Lq:1:33] u jsaltan għal dejjem fuq dar Ġakobb, u ma jkunx hemm tmiem għas-saltna tiegħu."
    Il-Kelma tal-Mulej
    R/. Tifħir lilek Kristu
    .
    .

КОМЕНТАРІ •