Lk

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 11 вер 2023
  • WEDNESDAY GOSPEL OF WEEK 23 IN ORDINARY TIME
    Evanġelju
    Henjin intom il-foqra. Ħażin għalikom, intom l-għonja.
    Lq 6, 20-26
    Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
    F’dak iż-żmien, [Lq:6:20] Ġesù rafa' għajnejh lejn id-dixxipli tiegħu u qal:
    "Henjin intom il-foqra,
    għax tagħkom hija s-Saltna t'Alla.
    [Lq:6:21] Henjin intom li għalissa bil-ġuħ,
    għax għad tkunu mxebbgħin.
    Henjin intom li għalissa tibku,
    għax għad tithennew.
    [Lq:6:22] Henjin intom meta minħabba Bin il-bniedem in-nies
    jobogħdukom,
    jaqtgħukom minn magħhom, jgħajrukom u jwarrbu isimkom
    bħallikieku kien xi ħaġa ħażina.
    [Lq:6:23] Dakinhar li jiġrilkom hekk,
    ifirħu u aqbżu bil-ferħ,
    għax araw, ħlaskom kbir ikun fis-sema.
    L-istess għamlu missirijiethom lill-profeti.
    [Lq:6:24] Imma ħażin għalikom, intom l-għonja,
    għax il-faraġ tagħkom ħadtuh.
    [Lq:6:25] Ħażin għalikom intom li għalissa mxebbgħin,
    għax għad tkunu bil-ġuħ.
    Ħażin għalikom intom li għalissa tidħku,
    għax għad tnewwħu u tibku.
    [Lq:6:26] Ħażin għalikom meta kulħadd isemmikom fil-ġid.
    Għax l-istess għamlu missirijiethom lill-profeti foloz!".
    Il-Kelma tal-Mulej
    R/. Tifħir lilek Kristu

КОМЕНТАРІ •