Jn

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 8 сер 2021
  • IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL IN WEEK 20 IN ORDINARY TIME
    Evanġelju
    Ġismi huwa tassew ikel, u demmi hu tassew xorb.
    Ġw 6, 51-59
    Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “[Ġw:6:51] Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U l-ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja". [Ġw:6:52] Fuq hekk il-Lhud tlewmu bejniethom, u bdew jgħidu: "Kif jista' dan jagħtina ġismu biex nikluh?". [Ġw:6:53] Ġesù mela qalilhom: "Tassew. tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta' Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom. [Ġw:6:54] Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta' dejjem, u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum. [Ġw:6:55] Għax ġismi huwa tassew ikel, u demmi hu tassew xorb.
    [Ġw:6:56] Min jiekol ġismi u jixrob demmi jibqa' fija u jiena fih. [Ġw:6:57] Bħalma bagħatni l-Missier, li hu ħaj, u jiena ngħix b'Missieri, hekk ukoll min jiekol lili, hu wkoll jgħix bija. [Ġw:6:58] Dan huwa l-ħobż li niżel mis-sema; mhuwiex bħal dak li kielu missirijietkom u mietu; min jiekol dan il-ħobż jgħix għal dejjem". [Ġw:6:59] Dan qalu huwa u jgħallem fis-sinagoga, f’Kafarnahum.
    Il-Kelma tal-Mulej
    R/. Tifħir lilek Kristu
    .
    .

КОМЕНТАРІ •