The Travellers - Simili (Acoustic) | Valletta Rooftop Sessions

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 23 вер 2022
  • Simili (Acoustic) | Valletta Rooftop Sessions minn The Travellers
    / thetravellersmalta | / thetravellersmalta
    Membri tal-Band:
    Clayton Bonello
    Michael Camilleri
    Chris Gatt
    Sylvano Mizzi
    Andrew Vella
    Joseph Xerri
    Awdjo: Besteam Audio
    Mixing u Mastering: Bernard Camilleri
    Produzzjoni tal-vidjow u Direttur: Matthew Muscat Drago
    Direttur tal-Istampa: Matthew Muscat Drago
    Operaturi tal-Kameras: Matthew Muscat Drago, Kevin Kiomall, Mark Dingli
    Grip: John Preca Trapani
    Stilista tax-xagħar: Hair & Co Studios
    Irtokk: Adriana Scicluna
    Lirika:
    Simili, qatt ma konna daqshekk
    simili, nimxu bil-mod għal tul ta’ ħin.
    Nisirqu l-vojt bħal ħallelin, fejn aħna sejrin?
    Sellifni jdejk!
    Qatt ma pruvajt tiskopri x’hemm wara widnejk?
    Għalfejn qed tuża biss għajnejk, iżda żżomm xufftejk?
    Biex tara x’hawn madwar, meta taqra din l-aħbar.
    Qatt ma ħsibt, li dak li qrajt, dak li ktibt, taf xi tgħid?
    Quddiem ilsieni għandi snieni, aħjar le taqax għaċ-ċajt
    imma le, komdu komdu, fuq pultruna u b’subgħajk
    tagħfas hemm il-buttuna tikkummenta, bla ma smajt.
    Taf x’ma nafx, ma narakx, tifhem f’kollox, ma tarax.
    Naħseb ħafna u inqas kliem, quddiem ilsieni għandi s-snien.
    Imma le, komdu komdu fuq pultruna u b’subgħajk
    tagħfas hemm il-buttuna tikkummenta, bla ma smajt!
    Ikkunsidra ftit din,
    jekk tagħmel ftit riċerka taf tagħmillek il-ġid.
    Għalfejn qed tassumi li bħal kollox taf? Int kemm int frustrat?
    Għax tajjeb tiegħek biss, opinjoni għandhom dritt.
    Naħlu l-ħin hekk żgur qegħdin, kliem fil-vojt u tort ta’ min?
    Kun għall-inqas edukat, ftit rispett u tweġġa’ lil ħadd.
    Imma le, komdu komdu fuq pultruna u b’subgħajk
    tagħfas hemm il-buttuna tikkummenta, bla ma smajt.
    Ġenju kbir miexi fl-art, qatt ma jista’ jkollok żball.
    Ħadd ma jista’ jmerik, żgur li ħadd ma jgħir għalik.
    Imma le, komdu komdu fuq pultruna u b’subgħajk
    tagħfas hemm il-buttuna tikkummenta, bla ma smajt!
    Simili qatt ma konna daqshekk
    Simili, nimxu bil-mod għal tul ta’ ħin.
    Nisirqu l-vojt bħal ħallelin, fejn aħna sejrin?

КОМЕНТАРІ • 3

  • @gangeskan8403
    @gangeskan8403 Рік тому

    masterpiece

  • @bugini30
    @bugini30 Рік тому

    bravi - kemm tafu tużaw il-lingwa ġmiel li għandna. grazzi. kemm hu sabiħ il-Malti