MEL GIBSON INTERESSAT F’FILM DWAR MALTA

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 17 вер 2024
  • ONE.COM.MT • L-attur u produttur internazzjonali Mel Gibson jinsab f’pajjiżna. Fi żjara f’għadd ta’ postijiet storiċi, iċ-ċelebrità ta’ Hollywood esprima l-interess tiegħu li jipproduċi film storiku dwar Malta, li jkun miġbud ukoll fostna.
    KITBA: EMAN PORTELLI
    FILMAT: MFC
    L-istilla ta’ Hollywood u produttur ċinematografiku Mel Gibson esprima l-interess tiegħu li jipproduċi film storiku dwar Malta, li jkun ukoll miġbud kompletament fostna.
    Hu esprima dan is-sentiment waqt żjarat li għamel f’bosta lokalitajiet f’pajjiżna, bħall-Belt Valletta, l-Imdina, il-Birgu, fortifikazzjonijiet u postijiet oħrajn.
    ONE News hu informat li Gibson baqa’ impressjonat bil-potenzjal ta’ postijiet li possibbilment jagħmlu l-isbaħ xeneġġjatura ċinematografika.
    L-attur ta’ tmienja u sittin sena, protagonist f’diversi blockbusters, bħal ‘Braveheart’, ‘Mad Max’ u ‘The Passion of the Christ’, fost l-oħrajn, ilu s-snin jipproduċi u jidderieġi l-films hu nnifsu.
    F’kumment li ta lil ONE News, il-Kummissarju tal-Fims Johann Grech qal li dan kollu hu r-riżultat tal-aħħar edizzjoni tal-Mediterrane Film Festival, li ttella’ ftit tax-xhur ilu.
    Hu qal li, bħala pajjiż, se nibqgħu ffokati biex niżġuraw li l-istorja ta’ pajjiżna tiġi maħduma f’Malta stess, biex tkun tista’ tintwera fi swali ċinematografiċi madwar id-dinja kollha.
    Sadanittant, l-Erbgħa, Mel Gibson ukoll iltaqa’ mal-Prim Ministru Robert Abela fil-Berġa ta’ Kastilja.
    F’din il-laqgħa, kienu preżenti wkoll il-Kummissarju tal-Films u l-Kap tas-Segretarjat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Mark Mallia.

КОМЕНТАРІ • 1