Luke

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 30 січ 2020
  • FEBRUARY 2 - THE FEAST OF THE PRESENTATION OF THE LORD. THE LIGHT OF THE WORLD - CANDLEMASS. WORLD DAY OF CONSECRATED LIFE
    - Lk 2, 22-40 -- My eyes have seen your salvation - Għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek
    2 ta' FRAR - IL-PREŻENTAZZJONI TAL-MULEJ - DAWL TAL-ĠNUS - IL-GANDLORA - FESTA
    - & 2 ta' Frar huwa wkoll il-JUM DINJI GĦALL-ĦAJJA KKONSAGRATA
    =======================================
    IN YEAR B - THE GOSPEL ON THE FEAST OF THE HOLY FAMILY OF JESUS, MARY AND JOSEPH, ON SUNDAY in the OCTAVE OF CHRISTMAS -- Il-Ħadd fost l-Ottava tal-Milied -- Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi - Festa ( Short form Gospel is - Lk 2, 22.39-40 - • Lk 2:22.39-40 -- The c... - )
    --- Lk 2, 22-40 -- The child grew to maturity, and he was filled with wisdom - It-tifel baqa' jikber u jitqawwa u jimtela bl-għerf.
    ( When both Christmas and New Year are celebrated on Sunday, the Feast of the Holy Family is celebrated on Sunday, New Year's Eve, 31st Dec )
    **************************************************
    EVANĠELJU
    Lq 2, 22-40
    Qari mill-Evanġelju skont San Luqa.
    [Lq:2:22] Meta għalqilhom iż-żmien għat-tisfija tagħhom skont il-Liġi ta' Mosè, ħadu lil Ġesù f'Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, [Lq:2:23] bħalma hu miktub fil-Liġi tal-Mulej: "Kull tifel li jitwieled l-ewwel wieħed, ikun ikkonsagrat lill-Mulej," [Lq:2:24] u biex joffru b'sagrifiċċju 'par gamiem jew żewġ bċieċen,' kif jingħad fil-Liġi tal-Mulej.
    [Lq:2:25] Kien hemm f'Ġerusalemm raġel jismu Xmun. Dan kien raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta' Israel u l-Ispirtu s-Santu kien fuqu. [Lq:2:26] U kien imnebbaħ mill-Ispirtu s-Santu li ma kienx se jara l-mewt qabel ma jara lil Kristu l-Mulej. [Lq:2:27] Ġie mela fit-tempju, imqanqal mill-Ispirtu, u xħin il-ġenituri ġiebu it-tarbija Ġesù biex jagħmlulu dak li kienet trid il-Liġi, [Lq:2:28] huwa ħadu fuq dirgħajh, bierek 'l Alla u qal: [Lq:2:29] "Issa, o Sid, tista' tħalli l-qaddej tiegħek imur fis-sliem, skont kelmtek, [Lq:2:30] għaliex għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek [Lq:2:31] li int ħejjejt għall-popli kollha: [Lq:2:32] dawl biex idawwal il-ġnus, u glorja tal-poplu tiegħek Israel." [Lq:2:33] Missieru u ommu baqgħu mistagħġba b'dak li kien qiegħed jingħad fuqu. [Lq:2:34] Xmun berikhom, u qal lil Marija, ommu: "Ara, dan se jġib il-waqgħa u l-qawmien ta' ħafna f'Israel; se jkun sinjal li jmeruh, [Lq:2:35] - u inti wkoll, min-naħa tiegħek, sejf jinfidlek ruħek! - ħalli jinkixfu l-ħsibijiet moħbija ta' ħafna."
    [Lq:2:36] Kien hemm ukoll waħda profetissa, Anna, bint Fanwel, mit-tribù ta' Aser. Din kienet imdaħħla ħafna fiż-żmien; wara xbubitha kienet għamlet seba' snin miżżewwġa, [Lq:2:37] u mbagħad baqgħet armla. Sakemm kellha erbgħa u tmenin sena ma kinitx titwarrab qatt mit-tempju, lejl u nhar taqdi fis-sawm u t-talb. [Lq:2:38] Dak il-ħin stess waslet, u bdiet tfaħħar 'l Alla u titkellem fuq it-tarbija ma' dawk kollha li kienu jistennew il-fidwa ta' Ġerusalemm. [Lq:2:39] Meta temmew kulma kellhom jagħmlu skont il-Liġi tal-Mulej reġgħu lura lejn il-Galilija fil-belt tagħhom ta' Nazaret. [Lq:2:40] U t-tifel baqa' jikber u jitqawwa u jimtela bl-għerf. U l-grazzja ta' Alla kienet fuqu.
    Il-Kelma tal-Mulej
    R/. Tifħir lilek Kristu.
    ======================================================
    - GOSPEL READING - UPDATED on Friday, February 2nd, 2024 from LAIKOS
    - laikosblog.org/2023/08/14/qq_... -
    .
    .

КОМЕНТАРІ •