Mk

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 4 жов 2024
  • IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 24 IN ORDINARY TIME
    ( This GOSPEL video is, as it is read IN MALTA & GOZO, including verse Mk 8:36 "What profit is there for one to gain the whole world and forfeit his life?". )
    Evanġelju
    Hu meħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna.
    Mk 8, 27-35
    Qari mill-Evanġelju skont San Mark
    F’dak iż-żmien, [Mk:8:27] telaq Ġesù flimkien mad-dixxipli tiegħu lejn l-irħula ta' Ċesarija ta' Filippu. Huma u mexjin, lid-dixxipli tiegħu għamlilhom din il-mistoqsija: "Min jgħidu n-nies li jien?" [Mk:8:28] Weġbuh u qalulu: "Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, wieħed mill-profeti". [Mk:8:29] Staqsiehom: "Imma intom, min tgħidu li jien?".
    Qabeż Pietru u qallu: "Inti l-Messija". [Mk:8:30] Imbagħad ordnalhom ħafna biex ma jitkellmu ma' ħadd fuqu. [Mk:8:31] U beda jgħallimhom fuq li kien meħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna, ikun miċħud mill-anzjani u mill-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u wara tlitt ijiem jerġa' jqum. [Mk:8:32] Fuq dan kellimhom ċar. Pietru ġibdu lejh u beda jlumu. [Mk:8:33] Iżda hu dar iħares lejn id-dixxipli tiegħu, u ċanfar lil Pietru u qallu: "Itlaq minn quddiemi, ja xitan, għax m'intix taħseb fil-ħwejjeġ ta' Alla, imma f'dawk tal-bnedmin!".
    [Mk:8:34] Sejjaħ lejh in-nies flimkien mad-dixxipli tiegħu u qalilhom: "Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa' salibu, u jimxi warajja. [Mk:8:35] Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi u ta' l-Evanġelju, isalvaha. [Mk:8:36] Għax x’jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu?”.
    Il-Kelma tal-Mulej
    R/. Tifħir lilek Kristu
    N.B. - ( This GOSPEL video is, as it is read IN MALTA & GOZO, including verse Mk 8:36 "What profit is there for one to gain the whole world and forfeit his life?".)
    N.B. - Mark 8:27-35 - www.vaticannew...
    Date15/09/2024 - Twenty-fourth Sunday in Ordinary Time
    N.B. - Mark 8:27-35 - bible.usccb.or...
    VIDEO CLIP from - • English ESV | Mark 8:1-38 - English ESV | Mark 8:1-38. FROM - / @thelumoproject -
    .

КОМЕНТАРІ •