IMUT MISSIER JOSEPH MUSCAT
Вставка
- Опубліковано 12 вер 2024
- ONE.COM.MT • It-Tnejn waranofsinhar tħabbret il-mewt ta’ Salvu Muscat, missier l-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat. Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu u bagħtu l-kondoljanzi lill-familja Muscat, kien hemm il-Prim Ministru Robert Abela u l-Partit Laburista.
KITBA: STEFAN BAJADA
FILMAT: FACEBOOK / ARKIVJI
Miet Saviour Muscat, missier l-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat, wara li għal dawn l-aħħar sentejn kien qed jiġġieled il-marda tal-kanċer.
F’kitba fuq il-midja soċjali, Dr Muscat qal kif, fl-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu, hu ma setax ikun ma’ missieru, iżda dan kien imdawwar minn ommu, martu Michelle u wliedu Etoile u Soleil.
Joseph Muscat qal kif iħossu seren hekk kif missieru u hu kienu qrib fil-50 sena ta’ qabel u l-aktar f’dawn is-sentejn u nofs li għaddew.
“Ħadem għall-familja u għallimni ngħożż il-bżulija. L-akbar valur għalih kienet l-edukazzjoni... Kien fost l-aktar kritiċi ħorox tiegħi fil-politika, b’mod tajjeb, għax dejjem riedni nkun aħjar. Jekk xi ħaġa tgħaddi mit-test tal-kritika tiegħu, kont naf li se tkun tajba,” tenna Dr Muscat.
Żied jgħid li għallmu li għandu jħobb mhux jobgħod u li jaħdem biex jagħmel il-ġid u mhux id-deni.
Fost l-oħrajn, Joseph Muscat rringrazzja lil Dr Nick Refalo, lill-ħaddiema kollha tas-SAMOC, li kienu magħhom fit-triq kollha, lill-eks Ministru Chris Fearne u lill-Ministru Jo Etienne Abela, b’dan tal-aħħar qatt ma telqu minn taħt għajnejh bħala pazjent.
Sadanittant il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela sellem il-memorja ta’ missier Joseph Muscat, permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali, fejn saħaq kif Salvu hu persuna li kull meta kellmu ra fih raġel mill-aktar ġentili u ta’ valuri sodi.
Bagħat il-kondoljanzi tiegħu wkoll il-Partit Laburista, li, fi stqarrija, qal li Salvu Muscat jibqa’ magħruf bħala bniedem ġentili li kien iħobb lill-għajru, fejn ta kontribut kbir lejn il-kultura u t-tradizzjonijiet Maltin, parikolarment il-festa tradizzjonali.
Kemm il-Prim Ministru kif ukoll il-Partit Laburista bagħtu l-kondoljanzi lil Joseph u Michelle Muscat, Etoile u Soleil, u lil mart Salvu, Grace.
Magħhom ingħaqdu baħar ta’ kummenti ta’ solidarjetà mal-familja Muscat, fosthom bosta għaqdiet tal-festi, inkluż kmamar tan-nar.
So sorry for His loss,May he rest in Peace with the LORD, AMEN. 😢
Kuragg dr muskat warajk ghal dejjem naghtik il kondoljanzi rip dad
Kondoljanzi l-familja kollha.
RIP .NITOLBU GHALIEH.
KURAGG DR MUSCAT AHNA DEJJEM WARAJK.
Kondoljanzi il familja kolla ❤❤❤❤❤
Rip🌹 Kondoljanzi l familja kolla
Rip. U kuragg Dr muscat warajk ghal dejjem
Rip 🌹Rest in Peace 🌹
Grazzi muskat ❤
RIP IN 🙏 GOD HEAVEN AMEN . KONDULJANZI LI JOSEPH KURAGG U FAMILIA KOLLHA . GOD BLESS . DOTTORE . 😢😮😢
Rip Condaliaze Dr Muscat
MAY HE REST IN PEACE
Condolences to the family
R.I.P.
May he rest in peace
Rip ibqa' bsahtek bhal madejem kont ahna nibqaw wa 2:03
May he rest in peace