KOLOMBJANA TINQATEL F’TAS-SLIEMA B’DAQQIET TA’ SIKKINA

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 11 вер 2024
  • ONE.COM.MT •
    Kmieni dalgħodu seħħ it-tieni omiċidju tal-2024, bil-vittma hija Kolombjana ta’ 43 sena u li nqatlet b’daqqiet ta’ sikkina f’appartament f’Tas-Sliema.
    Il-Pulizija arrestat u għandha fil-kustodja tagħha l-allegat qattiel, hekk kif mar hu minn jeddu fl-għassa tal-Pulizija u ta ruħu b’idejh.
    S’issa l-Pulizija għadha qed tistabilixxi x’kienet ir-relazzjoni bejn il-vittma u l-aggressur, iżda l-Pulizija ċċarat li fil-jiem jew xhur li għaddew ma sar l-ebda rapport, kemm mill-vittma u kemm mill-aggressur, dwar xi allegazzjonijiet ta’ vjolenza domestika fil-konfront ta’ xulxin.
    KOLOMBJANA TINQATEL F’TAS-SLIEMA B’DAQQIET TA’ SIKKINA
    Sandra Ramirez, Kolombjana ta’ 43 sena, inqatlet b’daqqiet ta’ sikkina f’kamra tas-sodda f’appartament li kienet qed tgħix fih fi Triq George Borg f’Tas-Sliema.
    Dan it-tieni omiċidju tas-sena, seħħ is-Sibt filgħodu wara li l-allegat aggressur, Kolombjan ta’ 43 sena, għall-ħabta tas-sitta u kwart mar fl-għassa tal-Pulizija Tas-Sliema u ta ruħu b’idejh. Hemmek, bid-demm evidenti fuqu, huwa qal li kien għadu kemm qatel persuna u ġie arrestat bħala s-suspettat ewlieni ta’ dan id-delitt. Wara ttieħed fid-Depot fil-Furjana għal aktar investigazzjoni.
    Minn hemmek il-Pulizija marru fl-appartament li kien indikalhom l-allegat qattiel u sabu lill-mara bla ħajja fuq is-sodda b’daqqiet ta’ sikkina evidenti ma’ ġisimha. Kien tim mediku li ssejjaħ fuq il-post li ċċertifika lill-vittma mejta fuq il-post.
    Il-Kelliem tal-Pulizija Brandon Pisani qal li s’issa l-Pulizija għadha qed tisabilixxi x’kienet ir-relazzjoni bejn il-vittma u l-aggressur, iżda l-Pulizija ċċarat li fil-jiem jew xhur li għaddew ma sar l-ebda rapport, kemm mill-vittma u kemm mill-aggressur, dwar xi allegazzjonijiet ta’ vjolenza domestika fil-konfront ta’ xulxin.
    BRANDON PISANI
    KELLIEM GĦALL-PULIZIJA
    “Nista nikkonferma li ma sar l-ebda rapport, kemm min-naħa tal-vittma u kemm minn naħa tas-susspettat li jinsab arrestat, dwar xi allegazzjonijiet ta’ forsi vjolenza domestika la ma naħa tad-distrett u lanqas mal-unit GVDP, tad-domestic violence unit, ma kien hemm l-ebda rapporti fil-konfront ta’ xulxien pero għaldaqtant f’dan l-istadju qed jintensifikaw l-investigazzjonijiet biex tkun stabbilita x’gara fil-mumenti tal-lejl li għadha.”
    Fuq il-post kien hemm numru ta’ uffiċjali minn taqsimiet differenti fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, fosthom dawk tal-RIU, tal-Forensika, tad-Distrett u tal-Omiċidji u Reati Maġġuri.
    Għal dan il-każ infetħet Inkjesta Maġisterjali mill-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco.
    Dan l-istazzjon jinsab infurmat li l-vittma kienet taħdem bħala sales representative f’ħanut ta’ oġġetti ta’ lussu fil-Belt Valletta. Hija ngħatat il-permess ta’ residenza f’Ottubru tal-2022, filwaqt li l-allegat qattiel ingħatalu f’Jannar tal-2023.
    Fis-sigħat li ġejjin, il-Pulizija mistennija tressaq lir-raġel taħt arrest il-Qorti, biex b’hekk tkun solviet dan it-tieni omiċidju li seħħ f’anqas minn ħimstax mill-bidu ta’ sena ġdida.
    L-ewwel vittma huwa Eric Borg li nqatel fl-ewwel jum tas-sena fir-Rabat, bil-pulizija diġà xliet lil Noel Azzopardi bħala l-allegat qattiel.

КОМЕНТАРІ • 1