LULJU MISTENNI JKUN SĦUN - MHUX MEWĠA TA’ SĦANA

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 11 лип 2024
  • ONE.COM.MT •
    Il-jiem li ġejjin mistennija jġibu magħhom temperaturi għoljin, tant li l-Uffiċċju Meteoroloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta diġà ħareġ twissija biex il-pubbliku jieħu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji.
    Fil-fatt, għal tmiem il-ġimgħa, l-ogħla temperatura mistennija titla’ sa 35°C u tibqa’ tiżdied mill-Ħadd biex tilħaq is-36°C bejn it-Tnejn u t-Tlieta. L-indiċi tar-raġġi UV mistenni li jkun dak ta’ għaxra, li wkoll hu meqjus bħala perikoluż.
    Dawn it-temperaturi sħan huma riżultat ta’ antiċiklun persistenti li żviluppa fuq il-kontinent Afrikan. Minkejja dan, ma jidhirx li se jiġu kklassifikati bħala mewġa ta’ sħana, kif ġab miegħu x-xahar li għadda.
    Fil-fatt, Ġunju, li kien sħun u xott iżjed min-normal, irreġistra t-tieni mewġa ta’ sħana ta’ din is-sena. Dan filwaqt li t-tielet jum tax-xahar kien l-uniku u l-aktar darba li niżlet xita tul Ġunju kollu, mill-bqija l-ġranet kienu kollha nexfin.
    It-temperatura medja fix-xahar li għadda kienet 1.6°C aktar min-norma klimatika, meta ġiet irreġistrata f’livell ta’ 25.8°C.
    L-ogħla temperatura tkejlet fil-21 ta’ Ġunju, fl-eqqel tat-tieni mewġa tas-sħana tas-sena, meta l-merkurju baqa’ tiela’ sa 35.8°C, anke jekk ’il bogħod mir-rekord ta’ 41.5°C għal Ġunju, li kien irreġistat fl-2021.
    It-temperatura f’wiċċ il-baħar ukoll kompliet tiżdied aktar mill-medja, fejn il-livell kien ta’ 23.7°C li hu 1.7°C aktar min-norma klimatika.
    Ġunju din is-sena kien iżjed imdallam, hekk kif l-Uffiċċju Meteoroloġiku kejjel ftit iżjed minn 312-il siegħa ta’ xemx, li huma kważi 22 siegħa inqas min-norma.

КОМЕНТАРІ •