JITLEF ĦAJTU WARA LI WAQA’ ERBA’ SULARI F’TAS-SLIEMA

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 8 вер 2024
  • ONE.COM.MT • Raġel ta’ erbgħa u sittin sena tilef ħajtu traġikament wara li waqa’ madwar erba’ sulari f’bokka ta’ lift f’blokka ta’ appartamenti f’Tas-Sliema.
    Aktar tard, il-vittma ġie ċċertifikat bħala l-Inġinier Robert Schembri.
    KITBA: EMAN PORTELLI
    FILMAT: ARKIVJI
    L-Inġinier Robert Schembri ta’ 64 sena tilef ħajtu traġikament wara li waqa’ madwar erba’ sulari. Dan waqt li kien qed jagħmel xi xogħol lil xi familjari f’bokka tal-lift f’blokka ta’ appartamenti f’Tas-Sliema.
    Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar, fi Triq Stella Maris.
    Fuq il-post marru l-Pulizija u anki tim mediku. Sfortunatament, l-Inġinier Schembri ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
    Bosta sellmu l-memorja tal-Inġinier Robert Schembri. Fost dawn hemm l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni, il-BCA, fejn Schembri kien membru tal-Bord tal-Awtorità. Il-BCA qalet li hi maħsuda u mnikkta b'din l-aħbar.
    Hija tat il-kondoljanzi lill-familjari tal-Inġinier f’dan il-mument daqstant diffiċli.
    Sadanittant, anki l-Ministru Ian Borg sellem il-memorja tal-Inġinier Robert Schembri, f’kitba fuq il-midja soċjali.
    Dr Borg qal li hu kien mutur wara t-tmexxija tal-Inġinier Azzopardi f’diversi proġetti importanti f’pajjiżna: fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, l-Enemalta u Infrastructure Malta.
    Sellmet ukoll il-memorja tal-Inġinier Schembri, l-aġenzija Infrastructure Malta, permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook.
    Intqal li Schembri kien strumentali fit-twettiq ta’ bosta proġetti infrastrutturali li wettqet l-aġenzija fl-aħħar snin.
    Dwar dan il-każ ġie informat il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud, li ħatar inkjesta.
    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA, għadhom għaddejjin.

КОМЕНТАРІ • 6

  • @MariaRitaBalzan
    @MariaRitaBalzan Місяць тому

    Sorry for your lost rip

  • @MrRon148
    @MrRon148 Місяць тому

    Kien xkien nghatuh il-Mulej itih il- mistrieh ta' Dejjem, u Kondoljanzi lil Familjari tieghu . Incident jigri f'hakka tghajn - sekondi . Kemm u mmportanti li l- mohh ikun lucidu l- hin kollu . Dan ma' jiddependiex ghal kollox minna ' mma f'Alla l- imbierek kull hin u kull mument . Ahna wehedna mahna xejn, kif qed naraw xqed jigri kullimkien madwarna, familji u Pajjizi jitkissru . May God Grant him the Glory of heaven .He was working for the family ❤

    • @MrRon148
      @MrRon148 Місяць тому

      Correction. Nitolbu lil Mulej

  • @mustaphaschon3931
    @mustaphaschon3931 Місяць тому

    Miet bħala polytheist f'Alla, li hija ħasra

  • @danielcamilleri16
    @danielcamilleri16 Місяць тому

    RIP. HABIB.

  • @SandraMiceli-dw3ur
    @SandraMiceli-dw3ur Місяць тому

    Jahasra bhala engineer telax minghajr is-safety belts li ghal Malta din ghada ma teziztix!