Supplika lill-Madonna Ta' Pinu fiż-żmien tal-imxija tal-Covid-19

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 26 бер 2020
  • I | Is-Sejħa tal-Madonna
    O Marija, f’dan iż-żmien imwiegħer meta, kif qal il-Papa Franġisku, “id-dinja qiegħda tirtgħod” minħabba l-imxija li niżżlitna lkoll għarkupptejna, ġejna f’din l-għamara tiegħek fostna sabiex inqimu lilek fil-misteru tal-Mewt u l-Assunzjoni tiegħek fis-Sema, kif ukoll lil Ibnek Ġesù Kristu, li minħabba dnubietna ġarr is-salib u ġarrab tbatija l-iktar ħarxa.
    Aħna l-Maltin u l-Għawdxin, u magħna ħutna l-emigranti u l-missjunarji, ninxteħtu f’riġlejk nitolbuk tisma’ tnehidna. Inressqu quddiemek it-talb tagħna għall-familji tagħna, għat-tfal, iż-żgħażagħ, il-morda u x-xjuħ, għal dawk infettati bil-mikrobu, għat-tobba u l-infermiera, għal dawk li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa, għall-membri tal-forza tal-ordni, għas-saċerdoti, speċjalment il-kappillani tal-isptarijiet, u għal dawk kollha li huma mġarrbin.
    Agħmel li fuq l-eżempju ta’ Kristu u tiegħek, nitgħallmu ngħixu ħajja qaddisa u nġorru bis-sabar is-salib tagħna ta’ kuljum. Amen.
    Sliem għalik, Marija…
    II | Il-Mewt ta’ Marija
    O Marija, lilek li rbaħt għalkollox id-dnub u żbaqt lill-anġli fis-safa, ma kenitx tistħoqqlok il-piena tal-ħtija; iżda bħala bint Adam, Inti wkoll kont imdawra bid-dwejjaq u d-duluri, u ġarrabt fl-aħħar il-mewt. Iżda mewtek kienet effett tal-imħabba, li meta waslet fl-aqwa tagħha ħelsitek mir-rbit tal-ġisem, sabiex tingħaqad għal dejjem ma’ Ġesù. Omm tagħna ħanina, filwaqt li nintelqu f’idejk biex il-mewt tkun għalina r-raqda ta’ rwieħ ġusti, illum irridu niftakru f’dawk li dan l-aħħar mewthom kienet effett tal-imħabba lejn il-proxxmu tagħhom, bħalma huma t-tobba, l-infermiera, il-qraba ta’ anzjani milquta mill-virus, saċerdoti li litteralment tilfu ħajjithom għax ħabbew ħafna; irridu niftakru f’dawk l-operaturi sanitarji tagħna li, għax ħabbew, poġġew ħajjithom f’riskju kbir. Irridu niftakru f’dawk li, misjuqin mill-imħabba, mietu għalihom infushom, u qed jagħtu l-enerġija tagħhom f’solidarjetà ma’ min huwa dgħajjef. Amen.
    Sliem għalik, Marija…
    III | Il-Qawma ta’ Marija mill-Mewt u t-Tlugħ tagħha fis-Sema
    O Marija, għamara ħajja tal-Iben ta’ Alla magħmul bniedem, il-ġisem tiegħek bla tebgħa mqiegħed minn idejn l-Appostli fil-qabar ma messux it-taħsir tal-mewt, iżda wara tlitt ijiem ġie mqajjem glorjuż għall-ħajja li qatt ma tintemm; u Inti ġejt meħuda fis-Sema fost il-ferħ u t-tifħir tal-qtajja’ tal-anġli. Ikollok ħniena mix-xejn u d-dgħufijiet tagħna, b’mod partikulari waqt din l-imxija ta’ marda qalila; agħmel li, imnaddfin bid-dmugħ ta’ vera ndiema, ma nħallux iżjed lill-għadu jirbaħna; iżda nħarsu l-qalb u l-ġisem tagħna bħala tempju ħaj ta’ Alla, sabiex fl-aħħar ġurnata nqumu mit-trab tal-qabar tagħna mibdula fil-bniedem perfett. Amen.
    Sliem għalik, Marija…
    IV | Talba
    O Marija, lilek, li aktar mill-qrib imxejt u sseħibt ma’ Ġesù fit-tbatija u fl-għajb tas-Salib, kien jistħoqqlok l-aħjar sehem mir-rebħa tiegħu. Illum tinsab fil-leminija ta’ Ibnek inkurunata mit-Trinità Qaddisa, li qegħdet f’idejk kull setgħa fis-Sema u fl-art. F’idejk Kristu ħalla t-teżori tal-grazzja u l-frott tas-salvazzjoni li kisbilna. Salvana, mela, l-iżjed ħelwa u ħanina fost l-ommijiet: jinżlu fuqna minn idejk it-teżori tal-grazzja ta’ Alla. Kif dejjem għamilt ma’ ġensna, kompli ifrex il-mant tiegħek ta’ Omm fuqna lkoll, speċjalment fuq dawk li, minħabba l-qagħda li ninsabu fiha huma f’baħar ta’ dwejjaq u qtigħ il-qalb, jinsabu waħdihom, tbattlu mit-tama; fuq dawk li huma maħkuma mill-biża’ mhux biss tal-marda imma wkoll tal-piżijiet finanzjarji li ser ikollhom iħabbtu wiċċhom magħhom; fuq dawk li qed jerfgħu t-toqol tar-responsabbiltà ta’ deċiżjonijiet fl-oqsma tat-tmexxija, tal-ekonomija, tal-impjiegi, tas-saħħa. Hekk, kif issa nqimuk bl-imħabba u bit-tifħir, jistħoqqilna ġurnata li niġu nirringrazzjawk fis-Sema, u jkollna sehem mill-kuruna tiegħek, billi ngawdu ’l Alla għal dejjem.
    Amen.
    Salve Regina
    ***
    Magħmula mill-E.T. Mons. Mario Grech, Amministratur Appostoliku għal Għawdex, fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, l-Erbgħa 25 ta’ Marzu 2020, Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej.
    Filming: PBS
    © Diocese of Gozo / PBS, March 2020

КОМЕНТАРІ • 12

  • @ritagalea9321
    @ritagalea9321 3 роки тому +3

    Madonna ta Pinu itlob ghalina u ghad dinja kolla amen Melbourne

  • @user-lc9ss9jm2c
    @user-lc9ss9jm2c 5 місяців тому

    Madonna ta pinu irid nigi narak ax tlabt lilek salvani mil mewt lili u il famija tijaj itriq imxejta triq kolla maghkom min najr mat il puluzija frenc ta lgharb ukoll irid nigi narak amen

  • @BeatriceLundgren
    @BeatriceLundgren Місяць тому

    Madonna ta Pinu itlob ghalina ilkoll u dinja kollaAmen🙏🙏🙏

  • @jiovannasant7625
    @jiovannasant7625 7 місяців тому

    Madonna ta Pinu itlob ghalina u harisna Amen❤❤❤

  • @maryfalzon7477
    @maryfalzon7477 3 роки тому +2

    O Maddona ta Pinu hares min dan il virus lil Malta taghna u lid dinja koĺla .Amen.

  • @lizziefarrugia4076
    @lizziefarrugia4076 4 місяці тому

    Amen ,🙏

  • @theresasultana3629
    @theresasultana3629 3 роки тому +2

    Madonna ta Pinu harisna Inti w itlob Lil IBNEK Gesu biex jahfrilna Amen Amen 🌹♥️

  • @dorisborg9496
    @dorisborg9496 4 роки тому +5

    Tistghu tirrekordjaw it talba ghaziza lil wicc imqadded ta sidnaGesu Kristi. Grazzi.

  • @rodianneformosa491
    @rodianneformosa491 3 роки тому +2

    Madonna ta Pinu zommna taht harstek u u oqtol lil din il pandemija fix xejn .ikollok hniena minnha Maltin u Ghawdxin u Dinja kollha .❤❤❤

  • @silvyabonnici8218
    @silvyabonnici8218 3 роки тому +2

    Madonna ta pinu niyolbok tfejjsqna min din l pandemic.❤️❤️❤️🙏🙏🙏

  • @phyllismizzi2822
    @phyllismizzi2822 2 роки тому +1

    Grazzi cardinal mario ta suplica tal Madonna tal pinu keep you safe 🙏🙏🙏🙏🌺🌸🌺