TIXHED KIF ALLEGATAMENT ĠIET STUPRATA

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 18 вер 2024
  • ONE.COM.MT • Se nsegwu xi aħbarijiet mill-awli tal-Qorti, fejn illum kompla l-każ ta’ allegati stupri li seħħew fi tlett iħwienet differenti tal-massaġġi mill-istess raġel.
    KITBA: FRANCESCO BORG
    FILMAT: ARKIVJI
    “Ħadd mhu se jgħinek.” Dan allegatament intqal minn Harona Conateh, raġel mill-Gambja ta’ 32 sena, li jinsab akkużat fil-Qorti li stupra tliet nisa li jaħdmu fi ħwienet differenti tal-massaġġi bejn Ġunju u Lulju ta’ din is-sena.
    Fix-xhieda tagħha fit-tkomplija tal-każ l-Erbgħa, waħda min-nisa spjegat li, lejn il-bidu ta’ Lulju, Conateh kien mar fis-salon tagħha fejn staqsa kemm kien jiswa servizz ta’ massage. Waqt li weġbitu li l-prezz kien ta’ ħamsa u tletin ewro, Conateh allegatament staqsiha jekk dan jinkludix ukoll attività sesswali. Minkejja dan, il-mara wieġbet minnufih li hi massaġġi biss tagħmel.
    Ir-raġel qabel ma’ dan, ħa business card u telaq ’il barra, anke minħabba li l-mara kienet qed tistenna klijent ieħor.
    Hi kompliet tixhed li hu xorta reġa’ lura għaxar minuti wara fejn ordnalha tagħmillu massage.
    Il-mara rrifjutat u kien hawn li r-raġel għalaq il-bieb ta’ barra, ġibed lil mara f’waħda mill-kmamar tas-salon, neħħilha n-nuċċali u ġibidha minn idejha.
    Hi qalet li pprovat twaqqfu, iżda kien kollu għalxejn, fejn saħansitra bdiet tgħajjat għall-għajnuna, bir-raġel b’ton qawwi jgħidilha li ħadd ma jista’ jgħinha.
    Din kienet it-tielet mara li xehdet fil-każ.

КОМЕНТАРІ • 1

  • @danielcamilleri16
    @danielcamilleri16 День тому

    Dan mhux nies ibatuh il barra mill pajjiz ghax Dan perikoluz ghal uliedna.