Це відео не доступне.
Перепрошуємо.

ĦABRIEKI, KIEN DEJJEM HEMM GĦAL TA’ MADWARU

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 6 чер 2024
  • ONE.COM.MT • Illum ingħatat l-aħħar tislima lil Salvu Muscat - missier l-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista, Joseph Muscat.
    KITBA: ANTON FALZON
    FILMAT: ALEX BORG
    Kien jgħix għall-Festa tas-Salvatur u proprju kien f’din il-Knisja ta’ Ħal Lija, li ngħatatlu l-aħħar tislima. Salvu Muscat, missier l-eks Prim Ministru ta’ Malta u Mexxej Laburista Joseph Muscat. L-aħħar sentejn u nofs għaddihom f’taqbida ma’ marda li ħasditu. Baqa’ jiġġieldilha sal-aħħar. Ma qatax qalbu.
    Ħadem għall-familja u għożż il-bżulija, ħawtiel, bl-akbar valur għalih kien l-edukazzjoni. Minn dejjem, ħaddan il-valuri Nsara u għaddihom lil ta’ madwaru. Min kien jafu ddeskrivih li dejjem għamel il-ġid u mhux id-deni lil għajru. Kien dejjem iseffaq wiċċu għal ħaddieħor, imma qatt għalih.
    Kien involut fil-festi. Kien ta’ għajnuna għal kulħadd, speċjalment dawk fil-qasam pirotekniku. Metikoluż u għalkemm kien jibża’ min-nar, il-logħob tan-nar kien il-mimmi t’għajnejh.
    Kien jgħożż l-annimali. Kellu għal qalbu l-għasafar u l-klieb, fosthom il-‘Ħabiba’, li baqgħet miegħu sal-aħħar nifs li ħa. show dog. Kien jadura lill-familja ta’ ibnu, speċjalment iż-żewġ neputijiet Etoile u Soleil u ommhom Michelle. Etoile xehdet mal-miġemgħa, l-altruwiżmu u l-imħabba lejn ħaddieħor li nannuha kien iħaddan.
    ETOILE MUSCAT
    NEPUTIJA TA’ SALVU MUSCAT
    “Sirna nafu li meta kien żagħżugħ, in-nannu Salvu kien mar ineħħi bomba żgħira minn idejn tifel li kien sabha u kien qed jilgħab biha, għax beża’ li t-tifel kien se jweġġa’. Kif neħħiha minn idejn it-tifel, splodiet. It-tifel ma ġralu xejn, iżda n-nannu tilef is-swaba’. Ara taħsbu li kien irrabjat għal dan it-tifel. Anzi, kull darba li kienu jiltaqgħu, kienu jifirħu b’xulxin. In-nannu, tant kemm kien pożittiv, kien jgħidilna li bis-saħħa ta’ dak l-inċident kien tgħallem jikteb anke b’idejh ix-xellugija waqt li kien l-Isptar, għax ħaseb li ma setax jikteb aktar bil-lemin.” 41
    Għal din l-aħħar tislima lil Salvu Muscat attendew hemm l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, fosthom il-President tar-Repubblika Myriam Spiteri Debono u żewġha Anthony, il-Prim Ministru Robert Abela u martu Lydia u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, fost persuni distinti oħrajn.
    Fl-omelija tiegħu, il-ħabib tal-qalb ta’ Salvu Muscat, Dun Ġużepp Borg, semma, fost l-oħrajn il-qalb kbira li kellu Salvu Muscat, l-imħabba li kellu għal familtu u l-ħidma bi sħiħ favur il-ġust u s-sewwa.
    DUN ĠUŻEPP BORG
    ĊELEBRANT U ĦABIB
    “Salvu, għalkemm ma daqq l-ebda trombi, però Salvu kien raġel umli. Kien raġel qalbu tajba, kien raġel li jinteressa ruħu, speċjalment fix-xogħol tal-ħaddiema tan-nar. Kien jiddispjaċih meta jisma’ b’diżgrazzji.” 26
    Salvu Muscat se jibqa’ mfakkar għal-legat ta’ altruwiżmu u mħabba lejn ħaddieħor, valuri li ħalla mnaqqxin kemm f’ibnu u l-familja tiegħu, kif ukoll dawk kollha qribu fil-festi u fil-qasam tal-logħob tan-nar.

КОМЕНТАРІ • 15

  • @josephabdilla6946
    @josephabdilla6946 2 місяці тому +5

    Mulej tieh il- mistrieh ta dejjem .Amen.🙏🙏.

  • @mariojspiteri
    @mariojspiteri 2 місяці тому +1

    Il-Mulej jaghtih mistrieh dejjiem kif ukoll sabar u kuragg lil martu, ibnu u l-familja.
    🙏🏻🙏🏻🙏🏻🙏🏻🙏🏻🙏🏻

  • @rossbaldacchino212
    @rossbaldacchino212 2 місяці тому +1

    Kondoljanzi lil familja Muscat ❤️

  • @rosmarmifsud6214
    @rosmarmifsud6214 2 місяці тому +3

    Strieh fil paci salv 🙏🙏🕊️

  • @mariatheresapace8413
    @mariatheresapace8413 2 місяці тому +2

    Kondoljanzi , is salvatur isabbarkom mahbub taghna, lilek u lfamilja kollha

  • @carmelD5109
    @carmelD5109 2 місяці тому +1

    Kurragg Mexxejj Dr. Muscat

  • @charlescamilleri3323
    @charlescamilleri3323 2 місяці тому +1

    Kondoljanzi lil familia muscat rip

  • @TWANNYBARUN
    @TWANNYBARUN 2 місяці тому +3

    Rip

  • @user-wy9ef3oo4l
    @user-wy9ef3oo4l 2 місяці тому

    Grazi ❤❤❤❤

  • @danielcamilleri16
    @danielcamilleri16 2 місяці тому

    Grazzi Sur salvu RIP.

  • @MrRon148
    @MrRon148 2 місяці тому

    May he rest in Peace.

  • @TOTAL457
    @TOTAL457 2 місяці тому +1

    Issa Salvu qiegħed igħix ħajja ġdida ma Alla flimkien ma biljuni ta' qaddisin fil-ġenna. Jiena nitlob għall-familja Muscat biex isibu il-faraġ u t-tama li xi darba ningħaqdu lkoll naduraw u nfaħħru lil Missier flimkien ma Ibnu Ġesu u l-Ispirtu s-Santa f'għaqda ta' mħabba ta' dejjem. X'futur sabiħ għal min jemmen.

  • @doreenagius9563
    @doreenagius9563 2 місяці тому

    God so loved the world that he gave his only son that whoever believes in him should not perish but have eternal life
    Those who love and do good deeds to his brother and sister in Christ will inherit his kingdom of everlasting joy where for sure Salvu is already experiencing Jesus love.

  • @noelprs
    @noelprs 2 місяці тому +2

    Strieh fis sliem

  • @TheTigerman62
    @TheTigerman62 2 місяці тому

    Addio Salv.