ALTRUWIŻMU TAT-TFAL GĦAL OĦRAJN MORDA

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 11 вер 2024
  • ONE.COM.MT • Grupp ta’ ħames tfajliet, li m’għandhomx iżjed minn tnax-il sena, dalgħodu tellgħu b’suċċess attività żgħira, imma b’messaġġ qawwi ħafna, fir-raħal ta’ Ħal Safi.
    Fi tmiem ġimgħat ta’ ħidma minnhom stess, huma bdew ibiegħu brazzuletti li ħolqu permezz tal-lewlu, bl-iskop li jiġbru fondi għal Puttinu Cares, li taħdem is-sena kollha b’risq tfal morda ta’ kull età.
    KITBA: JOSEF CARUANA
    FILMAT: CHRIS BORG / ARKIVJI
    Ħames tfajliet ta’ mhux aktar minn tnax-il sena mir-raħal żgħir ta’ Ħal Safi l-Ħadd filgħodu ntasbu fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali biex ibiegħu ċpiepet tal-lewlu, magħmulin minnhom stess fl-aħħar jiem u ġimgħat, bi skop mill-aktar altruwista.
    Hawnhekk sibna lil Mia Marmara ta’ 11-il sena u Elena Gatt, Kate Camilleri u Nicole Balzan ilkoll ta’ 12-il sena jippreparaw għall-attività li kienet se tilħaq il-qofol tal-idea u l-impenji tagħhom biex jagħtu kontribut, anke jekk żgħir, lil Puttinu Cares.
    L-għaqda mhux governattiva li taħdem is-sena kollha ma’ tfal li, sfortunatament, ikollhom iħabbtu wiċċhom ma’ mard serju, inkluż il-kanċer, fil-bidu ta’ ħajjithom.
    Magħhom kellu jkun hemm ukoll Gabrielle Abdilla, bħala parti mill-grupp ta’ ħamsa li ħadmu fuq dawn iċ-ċpiepet, iżda li kienet indisposta għall-attività.
    L-inizjattiva tagħmel parti minn programm parrokkjali għat-tfal tal-istess lokal, imsejjaħ ‘Kids’, li f’dan iż-żmien ukoll jagħtihom impenn ieħor kif jistgħu jqattgħu bl-aħjar mod il-vaganzi tas-sajf, inkluż billi jgħinu lil għajrhom.
    Tkellimna mat-tfajliet fuq il-post, fejn staqsejnihom kif ġiethom din l-idea u għaliex għażlu proprju biex jgħinu lil Puttinu.
    KATE CAMILLERI
    PARTEĊIPANTA TA’ ‘KIDS’
    “Għax hemm ħafna tfal daqsna u li nixtiequ li jkollhom il-kura li hemm bżonn” / “Għamilna ħafna xogħol, għamilna dawn il-brazzuletti, għamilna ħafna, b’kollox jiġu xi ħamsin.”
    ELENA GATT
    PARTEĊIPANTA TA’ ‘KIDS’
    “Li naf li ġieli domna ħafna, anke sa filgħodu bqajna.”
    L-attività qasira, iżda bi skop sublimi, bdiet mat-tmiem tal-quddies tad-disgħa ta’ filgħodu, fejn it-tfajliet, bl-għajnuna tal-ġenituri tagħhom, ramaw tilar żgħir fejn esponew mal-ħamsin ċappetta li ħadmu bejniethom.
    Kif spiċċat il-quddiesa u z-zuntier imtela bin-nies, kulħadd beda jersaq lejn ir-rokna fejn kienu armati biex jixtru xi waħda miċ-ċpiepet maħluqin mill-fantażiji ta’ dawn iċ-ċkejknin fil-lokal għall-prezz ta’ żewġ ewro-l waħda.
    Waqt li awtomatikament ikkontribwew f’dan il-ġest mill-isbaħ, kien hemm ukoll parruċċani, konxji mill-iskop taż-żgħar, li wkoll tefgħu l-flus biss għall-karità, bla ma xtraw xejn, imma riedu jsostnu tali inizjattiva.
    Waqt li bħal donnu ma kienx biżżejjed il-ġest eżemplari tagħhom, li kienu qegħdin jagħmlu, l-erba’ tfajliet ukoll appellaw ilkoll favur aktar solidarjetà soċjali favur dawk li huma inqas ixxortjati.
    “Għinu lill-oħrajn … għinu lill-oħrajn, anke jekk hu f’riskju li tbati … agħmlu kollox għall-glorja t’Alla … ngħinu lill-oħrajn li huma fil-bżonn.”
    L-organizzazzjoni Puttinu Cares attwalment għaddejja bl-akbar proġett tagħha fil-qalba ta’ Londra biex tirranġa binja mdaqqsa, li nxtrat bil-kontribuzzjonijiet diretti tal-poplu, imma wkoll bl-għajnuna tal-Gvern Malti, ħalli tkun tista’ takkomoda iżjed familji ta’ tfal li jkollhom bżonn il-kura fil-kapitali Ingliża.
    Dan flimkien mal-appartamenti li diġà għandha f’Sutton.

КОМЕНТАРІ •