TGĦAJJIR OXXEN BEJN EKS KOLLEGI FIL-PN

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 12 вер 2024
  • ONE.COM.MT • Jason Azzopardi fetħilha kontra l-eks kollega tiegħu Karol Aquilina u l-Oppożizzjoni ta’ Bernard Grech wara li dawn rikbu fuq xi ħaġa li kien għadu kemm qal hu.
    Hawn spikka t-tgħajjir u anke l-kliem oxxen mill-avukat tal-għaqda Repubblika fil-konfront tal-amministrazzjoni fid-Dar Ċentrali, b’mod partikolari kontra l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja.
    KITBA: JOSEF CARUANA
    FILMAT: ARKIVJI
    Jason Azzopardi nfexx jgħajjar lil Karol Aquilina tal-Partit Nazzjonalista bħala ‘wanker’ u rikkieb. L-eks Deputat Nazzjonalista u Avukat tal-għaqda Repubblika, infexx b’tgħajjir dispreġġjattiv kontra l-Kelliem għall-Ġustizzja tal-Oppożizzjoni l-Ġimgħa waranofsinhar.
    Dan wara li l-Partit Nazzjonalista rikeb fuq storja, li tkellem dwarha Jason Azzopardi, dwar is-Segretarju tal-Kabinett Ryan Spagnol.
    Fil-Qorti nstab li Spagnol saq waqt li kellu l-livell alkoħoliku fuq il-limitu legali stipulat fil-liġi. Minkejja dan, il-Qorti sabet li ma kienx minnu li Spagnol kien f’sakra tant li ma jistax jieħu ħsieb lilu nnifsu, u fil-fatt waqqgħet tali akkuża.
    Fid-dawl ta’ dan, Ryan Spagnol iddikjara pubblikament li appella minn din is-sentenza.
    Kienet proprju din is-sentenza li qajmet ġlied kbir bejn l-eks kollegi tal-Partit Nazzjonalista. Fil-fatt, malli Jason Azzopardi kiteb biex ixerred din il-materja fuq Facebook, mill-ewwel il-Partit Nazzjonalista rikeb il-karru tiegħu u ħareġ stqarrija ffirmata proprju minn Karol Aquilina, li huwa l-Kelliem għall-Ġustizza tal-Oppożizzjoni ta’ Bernard Grech.
    Din l-istqarrija xerridha wkoll fuq il-mezzi soċjali, b’Jason Azzopardi pront ħareġ jgħajru ‘wanker’.
    Fil-fatt Jason Azzopardi kiteb hekk taħt l-istqarrija ppubblikata minn Karol Aquilina.
    “Isa, Isa. Irkeb għax hekk taf tagħmel wanker.”
    Dan filwaqt li, f’kumment separat, għajjar lill-Partit Nazzjonalista li hu mimli bl-għira.
    Din mhux l-ewwel darba li l-Partit Nazzjonalista u l-Kelliema tiegħu ġew akkużati li jafu biss jirkbu l-karru ta’ ħaddieħor.
    Ftit tax-xhur ilu, il-Partit Nazzjonalista u Bernard Grech ġew akkużati li rikbu l-karru ta’ Adrian Delia fuq il-kawża tal-Vitals, wara li lill-istess Delia qaċċtuh minn Kap Nazzjonalista u l-PN baqa’ ma appoġġjahx tul il-kawża oriġinali.
    Fil-fatt, kien Jason Azzopardi li niggeż lill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech li hu tajjeb biex jieħu rikba b’xejn.
    Sadanittant, hekk kif Jason Azzopardi allega wkoll li kien hemm indħil politiku biex is-sentenza tal-Qorti fil-konfront ta’ Ryan Spagnol tiġi ppubblikata lejlet Santa Marija fis-sit tal-Qorti, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kategorikament ċaħad din l-allegazzjoni.
    Hi prassi normali li sentenzi ordinarji bħal dawk relatati ma’ każi ta’ traffiku u li jinkludu inqas minn sentejn priġunerija, ma jiġux ittajpjati b’mod diġitali u mtellgħin fis-sit tal-Qorti.
    Tant hu hekk li l-Maġistrat Jean Paul Grech, li ppresieda l-kawża msemmija, iddeċieda 189 kawża b’offiżi relatati mat-traffiku minn April li għadda.
    Minn dawn 12 biss ittellgħu fis-sit tal-Qorti u dan wara talba formali li tkun saret.

КОМЕНТАРІ • 1

  • @MrRon148
    @MrRon148 20 днів тому

    Komplu aggornawna .