Restawrata l-pittura tas-saqaf tal-Kappella tal-Konversjoni ta’ San Pawl f’Birkirkara

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 3 лют 2025
  • TVM News: Imtella' Jannar 20, 2020 - Aġġornata 20 Ta' Jannar, 2020 8:47pm
    www.tvm.com.mt...
    Tlesta proġett ta’ restawr tal-pittura tas-saqaf fil-Kappella dedikata lill-konversjoni ta’ San Pawl fil-Wied ta’ Birkirkara. Din kienet saret mill-artist Ġużeppi Briffa waqt li r-restawr sar mill-kumpanija Atelier Del Restauro.
    Ir-restawr sar fuq perjodu ta’ sena u nofs. Il-proċess beda b’evalwazzjoni fejn instabu diversi problemi ta’ kimiċi aċidużi li għamlu ħsara lill-pittura.
    Ir-Rettur tal-Kappella Fr Nicholas Doublet qal li l-pitturi jirrakkontaw siltiet mill-ħajja tal-Appostlu San Pawl f’Malta u l-ordinazzjoni tal-ewwel Isqof ta’ Malta.
    Dun Nicholas qal li l-artist Briffa kien joqgħod viċin il-Kappella u kellu rabta partikolari magħha. Qal li Briffa beda jaħdem fuq il-pittura fl-1944 meta l-kappella kienet frekwentata minn ħafna refuġjati Maltin li marru joqgħodu Birkirkara minħabba l-gwerra.
    Ir-restawr sar bl-għajnuna ta’ ħafna kollaboraturi fosthom il-Bank of Valletta li għen finanzjarjament mill-fond għar-Responsabilità Soċjali.

КОМЕНТАРІ •