JIRRAKKOMANDAW IL-PRODOTT TURISTIKU TA’ PAJJIŻNA

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 11 вер 2024
  • ONE.COM.MT •
    ITEM
    MALTA ĠAWRHA
    AIV + FTR
    Hekk kif is-sajf jinsab magħna u s-settur turistiku qiegħed jkompli jirreġistra numru ta’ aħbarijiet pożittivi, huma diversi l-personalitajiet fuq il-midja soċjali li qegħdin jirrakkomandaw il-prodott turistiku li toffri Malta.
    Fis-servizz li jmiss se nsegwu x’intqal f’żewġ filmati mtella’ minn personalitajiet segwiti minn eluf.
    JIRRAKKOMANDAW IL-PRODOTT TURISTIKU TA’ PAJJIŻNA
    www.express.co...
    Il-ġmiel li joffri pajjiżna għall-btajjel affordabbli matul is-sena kollha, qed ikompli jiġi nnutat minn diversi personalitajiet rinomati fuq il-midja sojċali.
    Dan kien innotat mis-sit Ingliż, ta’ Daily Express, li rrapporta dwar il-filmat qasir li t-TikToker li ġġib l-isem ta’ Hannah, għamlet, fejn faħħret ħafna l-prodott li joffru l-gżejjer Maltin tant li rrakkomandat lis-segwaċi tagħha biex jikkunsidraw btala f’pajjiżna.
    F’dan il-filmat qasir, li ġie segwit minn madwar żewġ miljun persuna minn madwar id-dinja, hija tat numru ta’ raġunijiet għalfejn wieħed għandu jżur il-gżejjer Maltin. B’mod partikolari hija nnutat id-diversi attivitajiet li wiħed jista’ jagħmel fosthom hi rrakkomandat li wieħed iżur il-Belt Valletta u r-rikezzi tagħha, Għawdex u Kemmuna.
    Hija nnutat ukoll l-aspett kulturali tal-gżejjer Maltin fejn semmiet b’mod partikolari l-patrimonju li ħallew dawk li ħakmu l-gżejjer Maltin mal-medda taż-żmien bħar-Rumani u l-Għarab.
    Hannah, temmet tirrakkomanda lill-pajjiżna bħala destinazzjoni għal btala affordabbli matul dan is-sajf, li fih mistenni wkoll jiġu numru rekord ta’ turisti lejn pajjiżna.
    Dan ma huwiex l-uniku filmat li fl-aħħar xhur nnota l-ġmiel li joffru l-gżejjer Maltin.
    Fil-fatt, dan jingħaqad ma’ filmat ieħor, din id-darba mtella’ minn The Maxwell’s Travel li żaru pajjiżna waqt li kienu qegħdin fuq cruise. Din il-koppja, sinonima għad-dokumentazzjoni tagħhom tal-btajjel li jagħmlu, rrakkomandat lill-pajjiżna għall-gastronomija lokali, hekk kif semmew il-pastizzi fost ikel ieħor.
    Huma tennew kif il-belt Valletta hija aċċessibbli ferm u l-fatt li btala f’pajjiżna tista’ tkun affordabbli għall-but ta’ kulħadd.
    Il-koppja Maxwell saħansitra temmet il-filmat tagħha tistqarr li jinsabu ċerti li se jerġgħu jżuru Malta fil-ġejjieni.

КОМЕНТАРІ •