ĦAMRUN SPARTANS JIRBĦU L-LEAGUE

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 16 вер 2024
  • ONE.COM.MT •
    Aktar kmieni llum, it-tim tal-futbol Ħamrun Spartans rebaħ il-Kampjonat Premier Malti; id-disa' darba fl-istorja tiegħu.
    Crew ta’ ONE News żar Strada Rjali fil-Ħamrun, fejn kien hemm numru ta’ Ħamruniżi ferħana b’dan is-suċċess.
    ĦAMRUN SPARTANS JIRBĦU L-LEAGUE
    Ħamrun Spartans huma ċ-champions tal-Kampjonat Premier għad-disa’ darba fl-istorja tagħhom.
    Dan wara li s-Sibt waranofsinhar, fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, it-tim Ħamruniż rebaħ bl-iskor ta’ 1-0 kontra Gżira United.
    Il-gowl tar-rebħa wasal fit-tmenin minuta u ġie skurjat minn Luke Montebello.
    Ftit wara li spiċċat il-logħba, crew ta’ ONE News mar fi Strada Rjali l-Ħamrun, fejn kien hemm numru ta’ partitarji Ħamruniżi ta’ kull età jiċċelebraw dan is-suċċess.
    Dan huwa t-tieni kampjonat mirbuħ minn Ħamrun Spartans fi tliet snin, taħt it-tmexxija ta’ Joseph Portelli.
    F’dan l-istaġun ukoll, Ħamrun Spartans kien pass ’il bogħod milli jidħol fil-fażi tal-gruppi tal-Europa Conference League u dan wassal biex huwa l-iżjed tim Malti fl-istorja li avvanza daqshekk f’kompetizzjoni Ewropea.

КОМЕНТАРІ • 3

  • @jasoncarr7108
    @jasoncarr7108 Рік тому

    well done hamrun from the uk

  • @travis_attard
    @travis_attard Рік тому

    One news are you serious Valletta is the winner of the bov premier league not hamrun Spartans.

  • @jasoncarr7108
    @jasoncarr7108 10 місяців тому

    my mum is for hamrum