In-Nannu Tiegħi Stess - Kelma Kelma Nota Nota

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 21 жов 2024

КОМЕНТАРІ • 7

  • @mohamedmabrouk2797
    @mohamedmabrouk2797 2 роки тому

    Please what does it mean "In-nannu" ?

  • @kelmakelmamt
    @kelmakelmamt  8 років тому +3

    In-Nannu Tiegħi Stess
    ta’ Charles Clews
    X’biċċa ġratli, kemm hi kbira
    Kont bla għaqal ta’ għoxrin
    Iżżewwiġt mort waħda armla
    Ħelwa avolja ta’ ħamsin
    Din l-imbierka kellha tifla
    U ġmiel bħalha ma rajtux
    Ħadet grazzja ma’ missieri
    Wara ftit, ma żżewġitux!
    B’hekk missieri f’din il-biċċa ġie ħatni
    Bint il-mara saret binti ajma ma
    U la binti, mart missieri, saret ommi
    Għax fettlilha li tiżżewweġ lill-papà
    Biex inkomplu din il-ftira
    Ġie twelidli baby boy
    Kont għamiltlu festa kbira
    U fettilli nsemmih Roy
    Dan il-boy li kelli jiena
    Ġie ħu l-mara tal-papà
    Jiġi mela z-ziju tiegħi
    Tiskantawx b’dir-rarità
    Billi ibni wkoll bin marti
    U ħu l-mara tal-papà
    Oħtu ommi għax mart missieri
    Nista’ nsejħilha mamà
    Sabiex tkunu tistgħu tifhmu din l-affari
    Irid moħħkom jaħdem sew, jagħmel sforz
    Għax la l-mara ta’ missieri tiġi ommi
    Ommha mela tiġi nannti ta’ bilfors
    U la nannti hija marti
    Dina biċċa ta’ interess
    Billi jiena huwa żewġha
    Jiena n-nannu tiegħi stess

  • @josephjulianmuscat9692
    @josephjulianmuscat9692 8 років тому +2

    Jista' xi hadd jikteb il-kliem hawn taht? Hemm xi bicciet li ma fhimtomx...

  • @jodiembriffa4815
    @jodiembriffa4815 6 років тому

    Thawed kemm trid
    Imma laqa Li fimt

  • @angelllar
    @angelllar 6 років тому +1

    Hey maltease people , ntum tahadru algerian !!

    • @hajer9435
      @hajer9435 4 роки тому

      They speak a lot Tunisian, Algerian and marrocan. They have a lot of Tunisian expression. It's a beautiful language because It perfectly reflects Malta's multicultural and hybrid history