KONFOFFA BIEX IĦARBTU PROĊESS KOMPETITTIV

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 8 вер 2024
  • ONE.COM.MT • Waqt li l-Partit Nazzjonalista talab lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga l-kuntratt għall-proġett massiċċ għall-inċineratur fil-Magħtab, li se jirrivoluzzjona l-mod kif jiġi ttrattat l-iskart, il-Partit Laburista qal li kull investigazzjoni se sservi biex kulħadd jifhem is-serjetà li, biha, il-Gvern mexxa dan il-proċess kollu.
    Minkejja dan, il-Partit Laburista akkuża lill-Oppożizzjoni li qed tipprova tħarbat proċess kompetittiv ta’ interess nazzjonali, fl-istess waqt li d-Deputat tagħha Adrian Delia għandu interess partikolari.
    KITBA: FRANCESCO BORG
    FILMAT: ARKIVJI
    It-talba li għamel il-Partit Nazzjonalista lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga l-proċess tax-xiri tal-impjant waste-to-energy, se sservi biex kulħadd jifhem is-serjetà li, biha, il-Gvern mexxa t-tender fil-proġett ta’ sitt mitt miljun ewro, li minnu se jiggwadanja l-pajjiż għax se jirrivoluzzjona l-mod kif nittrattaw l-iskart nazzjonali.
    Dan intqal mill-Partit Laburista ftit wara li l-Oppożizzjoni marret għand l-Awditur Ġenerali biex jitolbuh jinvestiga l-għoti tat-tender.
    Il-Partit Laburista laqa’ dan il-fatt u nsista li, bl-istess investigazzjoni tal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali, ħadd mhu se jkun jista’ jibqa’ jinqeda b’nofs veritajiet u ideat konfużi f’attentat li jiġi skredit il-Gvern, u agħar minn hekk jiġu favoriti interessi kummerċjali privati partikolari.
    Anke l-entità responsabbli WasteServ sostniet li tali investigazzjoni se turi x-xogħol metikoluż li sar fil-proċess. Qalet li hi dejjem imxiet mal-aħjar prattiċi, anke bis-sehem tal-aħjar ditta fid-dinja f’konsulenza dwar l-immaniġġjar tal-iskart, xi ħaġa li ġiet ivverifikata b’mod indipendenti minn ditta oħra rinomata fir-Renju Unit, li kkonfermat kif ir-riżultat u l-proċess tal-akkwist tmexxew b’mod ġust u ekwu.
    Il-Qorti tal-Appell ukoll ma kkontestatx il-proċedura adottata mill-WasteServ li kklassifikat l-offerenti jew il-punteġġ mogħtija.
    Sadanittant, stqarrija mill-Partit Laburista qalet li jkun aħjar li kieku l-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech jitlob lill-Awditur Ġenerali jinvestiga r-rwol tad-Deputat Adrian Delia fl-istess proċess, kif qed jiddefendi qatta’ bla ħabel konsorzju li jista’ jiswa lill-pajjiż €200 miljun iżjed.
    Staqsa f’isem min qed jitkellem Adrian Delia meta jagħmel rimarki fil-pubbliku dwar dan, jekk hux qed jitkellem f’ismu bħala avukat biex javvanza l-prattika tiegħu, jekk hux qed jitkellem f’isem kuntrattur li għandu offerta ta’ €200 miljun ogħla jew jekk hux qed jitkellem f’isem il-Partit Nazzjonalista.
    Il-Partit Laburista żied li tajjeb ukoll li l-Kap tal-Oppożizzjoni jispjega kif il-pożizzjoni ta’ Delia hi tenibbli, meta dan qed jirċievi flus mingħand kumpanija li magħha l-Gvern jista’ jkollu wieħed mill-akbar kuntratti għall-għoxrin sena li ġejjin.
    L-istqarrija kompliet tgħid li l-Partit Nazzjonalista mar għand l-Awditur Ġenerali biex ikompli jfixkel u jagħmel il-kampanja tal-klijenti tal-eks Kap tal-Oppożizzjoni.
    Il-Partit Laburista temm jgħid li Adrian Delia qed jagħmel eluf kbar minn din il-kampanja favur konsorzju li kellu offerta ħafna ogħla u miegħu daħħal f’konfoffa lill-Partit Nazzjonalista kollu kemm hu.

КОМЕНТАРІ • 2