ŻAGĦŻUGĦA TMUT WARA LI NĠARRET MILL-MEWĠ TAL-BAĦAR

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 12 вер 2024
  • ONE.COM.MT •
    ŻAGĦŻUGĦA TMUT WARA LI NĠARRET MILL-MEWĠ TAL-BAĦAR
    Tfajla Filippina tilfet ħajjitha u tlieta oħra ġew salvati wara li spiċċaw f’diffikultà serja fil-baħar f’Tas-Sliema.
    Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart ta’ waranofsinhar meta l-Pulizija ġew infurmati li xi persuni nġarrew mal-mewġ tal-baħar fl-inħawi tal-bajja ta’ Font Għadir f’Tas-Sliema.
    Minn hawn skattat operazzjoni bis-sehem ta’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u mill-Forzi Armati ta’ Malta li bdew minnufih bit-tfittxijiet.
    Dan sar ukoll permezz ta’ ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta u bil-lanċa tas-salvataġġ Melita II.
    Preżenti fuq il-post kien hemm ukoll tim mediku u tabib tal-emerġenza flimkien ma’ Pulizija mir-Rapid Intervention Unit.
    Mal-wasla tagħhom fuq il-post, il-Pulizija sabu tliet tfajliet li rnexxielhom jitilgħu waħedhom mill-baħar, iżda t-tfajla l-oħra kienet għadha ma nstabitx.
    Wara tfittxija mill-Forzi Armati u l-Protezzjoni Ċivili, ittellgħet l-art tfajla ta’ nazzjonalità Filippina fl-inħawi tal-bakka ta’ Fond Għadir.
    Hija ngħatat l-ewwel għajnuna fuq il-post, wara li nstabet mitlufa minn sensiha, qabel ittieħdet għall-kura fl-isptar Mater Dei.
    It-tliet tfajliet l-oħra ttieħdu wkoll l-isptar permezz ta’ diversi ambulanzi. In-natura tal-ġrieħi tagħhom għadhom pendenti.
    Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġiterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

КОМЕНТАРІ • 4

  • @leonardsaffrinnowitz2684
    @leonardsaffrinnowitz2684 Рік тому +15

    It sounds like a hybrid between Italian and Arabic together as a one language.

  • @OmarOuiag
    @OmarOuiag 3 місяці тому +2

    Malta is the most beautiful language, as it is a mix between North Africa and Italian🙂

  • @sanchoodell6789
    @sanchoodell6789 7 місяців тому +3

    Its like *our* Tunisian *Arabic* dialect (but with Italian polution in it!)

  • @lordnggamermtpoppy3829
    @lordnggamermtpoppy3829 Рік тому +1

    Rip😢