LOLA, IN-NANNAKOLA

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 7 гру 2013
  • A children's song in Maltese featuring a day in the life of Lola n-Nannakola, one of Fonzu l-Fenek's best friends.
    Kanzunetta bil-Malti għat-tfal li tirrakkonta ġurnata fil-ħajja ta' Lola n-Nannakola, waħda mill-akbar ħbieb ta' Fonzu l-Fenek.
    ____________________________________________________________________
    LOLA N-NANNAKOLA
    Lola, in-Nannakola
    Ferħana tmur l-iskola
    Wara li tlesti xogħolha
    Toħroġ tilgħab fil-ġardin.
    Taqbeż minn fjur għal fjura
    Biex tgawdi n-natura
    U meta terġa' lura
    'Qas tkun taf kif għadda l-ħin.
    Ma' sħabha Fonzu u Miċu tmur xi dawra
    Fil-kampanja waranofsinhar,
    U magħhom jieħdu biċċa ħobż imħawra
    Bit-tonn taż-żejt u bil-kappar,
    Żebbuġ, nagħnigħ u farka bżar.
    Lola, in-Nannakola
    Tħobb il-pitravi vjola
    Tikolhom mal-fażola
    Bi ftit ħall u qatra żejt.
    Fil-bitħa toqgħod taqra
    Flimkien ma' Benna l-Baqra
    U mbagħad la tistrieħ naqra
    Titla' għall-arja fuq il-bejt.
    Kemm tħobb tpinġi l-istampi u tiddisinja
    U tfittex dwar pajjiżi bogħod minn hawn
    Tixtieq xi darba tmur dawra mad-dinja
    Bl-ajruplan jew bil-vapur
    U tikteb dwar kull fejn iżżur.
    Lola
    Lola
    Lola
    Lola
    Bit-tonn taż-żejt u bil-kappar,
    Żebbuġ, nagħnigħ u farka bżar.
    Lola, in-Nannakola
    Ferħana tmur l-iskola
    Wara li tlesti xogħolha
    Toħroġ tilgħab fil-ġardin.
    Taqbeż minn fjur għal fjura
    Biex tgawdi n-natura
    U meta terġa' lura
    'Qas tkun taf kif għadda l-ħin.
    Kemm tħobb tpinġi l-istampi u tiddisinja
    ..........Fuq il-karti u l-kompjuter
    U tfittex dwar pajjiżi bogħod minn hawn
    ..........Ħafna ħafna bogħod minn hawn
    Tixtieq xi darba tmur dawra mad-dinja
    ..........U anke lil hinn minnha
    Bl-ajruplan jew bil-vapur
    ..........Wuuuuuuu!
    U tikteb dwar kull fejn iżżur.
    Lola, in-Nannakola
    ..........in-Nannakola
    Ferħana tmur l-iskola
    ..........itmur l-iskola
    Wara li tlesti xogħolha
    ..........itlesti xogħolha
    Toħroġ tilgħab fil-ġardin.
    Taqbeż minn fjur għal fjura
    ..........minn fjur għal fjura
    Biex tgawdi n-natura
    ..........tgawdi n-natura
    U meta terġa' lura
    ..........la terġa' lura
    'Qas tkun taf kif għadda l-ħin.
    'Qas tkun taf kif għadda l-ħin.
    'Qas tkun taf kif għadda l-ħin.
    Kliem u Mużika ta' Michael Piscopo
    Arranġament mużikali u vuċi - Phyllisienne Brincat.
    Irrekordjata ġewwa Sweet Notes Studios - Qawra, Malta.
    Copyright © 2013

КОМЕНТАРІ •