INTERVENT FI PJAZZA SAN ĠORĠ F’GĦAWDEX

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 10 лип 2024
  • ONE.COM.MT •
    Diversi aġenziji tal-Gvern intervjenew dwar is-sitwazzjoni tas-siġġijiet u l-imwejjed fir-Rabat, Għawdex, biex jeżerċitaw il-pjani dwar ir-restoranti li jarmaw barra. Dan l-inforzar sar f’kollaborazzjoni bejn uffiċjali tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-Awtorità tal-Ippjanar, l-Awtorità għall-Artijiet u l-Pulizija.
    Dan hekk kif, ix-xahar li għadda, saret protesta minn diversi organizzazzjonijiet mhux governattivi, għaqdiet kulturali u residenti, li pprotestaw dwar kif ir-restoranti qed jieħdu kontroll tal-Pjazza.
    L-operazzjoni, li saret il-Ħamis filgħodu, assigurat li kollox irid isir skont il-pjani eżistenti u mhux fi spazju pubbliku li jmur oltre minn hekk.
    Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, f’kummenti lil midja oħra, qal li, sakemm ma jitfassal pjan aktar estensiv minn dak eżistenti, l-awtoritajiet se jassiguraw li l-parametri eżistenti jiġu rispettati.
    Dan wara li hu kien wiegħed li se jieħu azzjoni, wara l-protesta li ġiet organizzata.
    Fil-ġimgħat li ġejjin se jkun hemm iżjed infurzar ikkoordinat bejn dawn l-entitajiet, u jekk ikun hemm bżonn jiġu inklużi entitajiet oħra, sabiex jinstab il-bilanċ li tant hemm bżonn fir-rigward ta’ mwejjed u siġġijiet armati fuq barra u dwar l-użu ta’ spazji pubbliċi għal skopijiet kummerċjali.

КОМЕНТАРІ • 1

  • @dorisfava4733
    @dorisfava4733 24 дні тому

    hekk hemmbzo nn Lija jser mhux kullhadd 🌹 jihu l'ispazju kif ired hux ,grazzi