Mużika Mużika 2024 - Imħabba Vera - Semifinali
Вставка
- Опубліковано 6 гру 2024
- Imħabba Vera
Artista: GIADA
Kompożitur: Glen Vella
Awtur: Philip Vella
Direttur tal-Orkestra: Ryan Paul Abela
Arranġatur: Ryan Paul Abela
Lirika:
Id-dawl baxx, fi skiet perfett, qed nisma’ biss lil nifsek,
Ma nixbax mal-lejl fis-sodda ħdejk,
Naħseb fik, kemm noħlom bik, bil-mod, bilkemm inmissek,
Ma nixbax mitlufa nħares lejk.
Ħarist f’għajnejk,
Agħtini jdejk, agħtini jdejk, irridek.
Jien hawn biss għalik.
Fik insib fjamma nar, imħabba vera,
F’moħħi lejl u nhar, imħabba vera,
Hawn viċin, inħossok qrib,
Fl-imħabba tiegħek passjoni nsib, int f’kull mument, urejtni mħabba vera.
Imħabba vera…..Imħabba vera.
Kliem bla sens, u tazza nbid, inħossni qiegħda l-ġenna,
Daħk fil-vojt kif jien mitlufa għalik.
Ħarist f’għajnejk,
Agħtini jdejk, agħtini jdejk, irridek.
Jien hawn biss għalik.
Fik insib fjamma nar, imħabba vera . . .
F’moħħi lejl u nhar, imħabba vera,
Hawn viċin, inħossok qrib,
Fl-imħabba tiegħek passjoni nsib, int f’kull mument, urejtni mħabba vera.
Imħabba vera.....Imħabba vera.
Din mhiex ħolma li tintilef x’ħin tqum,
Din il-fjamma f’ħajti tixgħel se ddum,
Ħarsa waħda, bewsa waħda, jien inkun tiegħek,
Nagħtik li trid, jien hawn irrid noqgħod miegħek.
B’sinċerità, din verità, tħallini bla kliem,
U b’onestà nwegħdek li għalkemm baqgħalna żmien,
Inħobbok, jien inħossni aħjar, żomm jixgħel dak in-nar.
Ħarist f’għajnejk,
Agħtini jdejk, agħtini jdejk, irridek.
Jien hawn biss għalik.
Fik insib fjamma nar.
(Imħabba vera.....imħabba vera)
(Imħabba vera)
Hawn viċin, inħossok qrib,
Fl-imħabba tiegħek passjoni nsib, int f’kull mument, urejtni mħabba vera.
(Imħabba vera.....Imħabba vera)
(Imħabba vera.....Imħabba vera)
(Imħabba Vera)
Ma nixbax inħares lejk - imħabba vera,
Ma nixbax mitluqa hawn ħdejk - imħabba vera,
Int f’kull mument, urejtni mħabba vera.
Festivals Malta 2024 Kull Dritt Riżervat