Il-kuxjenza tal-bniedem tipponta lejn l-eżistenza ta' Alla
Вставка
- Опубліковано 8 лют 2025
- Il-kuxjenza tal-bniedem tipponta lejn l-eżistenza ta' Alla.
"Il-bniedem, meta jisma’ x’jgħidulu l-ħlejjaq u x’jgħidlu leħen il-kuxjenza tiegħu, jista’ jasal biex ikun żgur dwar l-eżistenza ta’ Alla, bidu u tmiem ta’ kollox." Katekiżmu tal-Knisja Kattolika 46.
Dan huwa filmat qasir mill-ewwel laqgħa ta' 'Discipulus: Ejja u Imxi Warajja' fuq 'L-eżistenza ta' Alla'.
Tista' titgħallem aktar dwar dan is-suġġett billi taqra paragrafi 27-49 tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika.
Discipulus huwa vjaġġ ta’ fidi u raġuni bl-għan li jwassal lil min jieħu sehem biex isir dixxiplu aħjar ta’ Kristu. Jikkonsisti f’laqgħat ta’ kull xahar li jsiru fil-Knisja ta’ San Pawl, Birkirkara u li jitmexxew minn immexxi minn Fr Nicholas J. Doublet u l-komunità ta' l-Apostolat ta' San Pawl Malta.
Għal aktar informazzjoni: www.aspm.org.mt/discipulus
True Light Catholic Media © 2018