It-Tfal Jiġu Bil-Vapuri - Julie Zahra

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 31 тра 2011
  • "It-Tfal Jiġu Bil-Vapuri" was theme-song for NET TV's drama which brought the same name.
    "It-Tfal Jiġu Bil-Vapuri"
    Dil-qalb li ttektek dejjem matul in-nhar u l-lej',
    Tixxennaq u titniehed, tixtieq u trid għalxej'.
    Fejn int, fejn inti, ibni, li ħlomt fl-iljieli sbieħ?
    Dan l-univers imżewwaq,mingħajrek xejn ma fih.
    Fittixtek kull filgħodu, 'mma dalam minnufieh
    Fittixtek filgħaxija, 'mma l-lejl difinni fih.
    Għalxejn kuljum jittawwal il-qamar tul il-lej',
    Jekk iġġerrejt u għadni, niġġerra ma nafx fej'.
    Dil-kelma li tinstema' u jien ma nagħrafhiex,
    Iddamdam ġo widnejja u jien ma nifimiex!
    Ma ġġeddidnix rebbiegħa, fis-sajf ma nafx nistrieh,
    M'hemmx tama fil-ħarifa, fix-xitwa jġorrni r-riħ.
    Ix-xemx ta' l-għodwa tiegħi, hi l-ħmura ta' ħaddejk,
    Il-qamar tal-lejl tiegħi, hu n-nar ta' ħbub għajnejk.
    Il-warda tal-ġnien tiegħi hi dak il-wiċċ sabiħ;
    Il-kliem magħluq go fommok hu l-kliem li jkanta r-riħ
    Sejjaħtlek biex tweġibni b'kull isem li naf jien,
    Għajjatt sakemm smajt leħni idamdam kullimkien
    Staqsejt għalik lill-kotra u ma weġibni ħadd,
    Fittixtek fil-bliet kollha u ma itqajt miegħek qatt
    Inqala' minn ġo fija, ja xewka ta' l-uġiegħ,
    U 'l ħadd ma ngħid illejla das-sigriet tagħna x'fih.
    Liem'hi dil-qalb li ttektek mingħajr ma femhet xej'?
    Liem'hi dil-qalb li tħabbat. Mingħajr ma taf ghalfej'?
    X'inhi din it-tnehida li riesqa 'l hawn mar-riħ?
    Fejn hi dil-qalb muġugħa li ma tistax tistrieħ?
    Ix-xemx ta' l-għodwa tiegħi, hi l-ħmura ta' ħaddejk,
    Il-qamar tal-lejl tiegħi, hu n-nar ta' ħbub għajnejk.
    Il-warda tal-ġnien tiegħi hi dak il-wiċċ sabiħ;
    Il-kliem magħluq ġo fommok hu l-kliem li jkanta r-riħ
    Sejjaħtlek biex tweġibni b'kull isem li naf jien,
    Għajjatt sakemm smajt leħni idamdam kullimkien
    Staqsejt għalik lill-kotra u ma weġibni ħadd,
    Fittixtek fil-bliet kollha u ma itqajt miegħek qatt.
    No copyright infringement intended. Video and photo upload intended to promote Maltese artists.

КОМЕНТАРІ •