Good Friday Procession 2012 - Rabat - Malta - Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira - Part 2

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 10 жов 2024
  • Good Friday and Easter are two of the most important religious dates in the Christian calender, and in Malta, they are celebrated in a liturgical and ceremonially prominent manner. In fact, celebrations start a week before Easter - exactly on Palm Sunday, with processions around various Parishes remembering the triumphal entrance of Jesus to Jerusalem.
    During the evening of Maundy Thursday and the morning of Good Friday, churches cover their walls in purple or black drapes, while the Maltese community go out to pray in seven different churches.
    During the afternoon of Good Friday, you can attend one of the Good Friday processions held in different towns and villages. This is a very solemn procession of statues, each of which represents a particular episode in the Passion of the Christ, carried by the devout public. Between one statue and another there are biblical characters represented by people wearing epic costumes. Also, in many processions you can see men in penitence bearing a cross and dragging chains tied to their bare feet, as an act of penitence.
    These processions are held in Malta at: Rabat, Valletta, Birgu, Bormla, Isla, Zejtun, Haz-Zebbug, Naxxar, Qormi, Gharghur, Mosta, Luqa, Ghaxaq and Paola, while in Gozo they're held at Rabat, Xewkija, Nadur, Xaghra, Zebbug and Qala.
    L-ewwel vara hija dik tal-Orazzjoni ta' Kristu fl-Ort. Din saret mill-Istatwarju Mosti Antonio Mifsud (in-Najċi) fl-1825 mill-kartapesta. Ir-Raġġiera tal-fidda madwar ras Ġesu' kienet irregalata fl-1882 minn Nobbli Ursola Grech Delicata Theuma Castelleti.
    It-tieni vara hija dik tat-Tradiment ta' Ġuda. Din il-vara maħduma riċenti fil-kartapesta mill-istatwarju Għawdxi Alfred Camilleri Cauchi fl-1982.
    It-tielet vara hija dik tal-Marbut. Il-vara tagħna hija waħda mill-eqdem vari tal-Passjoni f' Malta. Hija vara tas-seklu sittax li l-awtur tagħha mhux magħruf iżda jidher li kien skultur tajjeb. Din hija vara tqila maħduma minn zokk wieħed ta' siġra u l-Figura ta' Kristu narawa li għandha anatomija tajba ħafna b'muskulatura maskili.
    Ir-raba' vara dik li tirappreżenta lil Kristu Inkurunat bix-xewk jew l-Ecce Homo, hija maħdumha fil-kartapesta xogħol ta' l-Għawdxi Alfred Camilleri Cauchi fl-1984.
    Il-ħames vara dik tar-Redentur hija xogħol sabiħ fil-kartapesta ta' awtur mhux magħruf. Hija xbieha li turi lil Kristu mgħobbi bil-salib. Lejha hemm devozzjoni kbira u hija meqjusa bħala mirakoluża.
    Is-sitt vara insibu dik tal-Veronika. Din il-Vara preżenti naraw mara bil-wieqfa li qed turi fil-velu tagħha x-xbiha ta' Kristu. Qabel din kien hemm oħra iżjed antika. Din preżenti inħadmet fil-kartapesta mill-istatwarju senglean Karlu Darmanin fl-1880 u tħallset mill-Baruni Giuseppe De Piro Gourgion.
    Is-seba' statwa hija waħda unika f'Malta, din tirappreżenta l-Għaxar Stazzjon. Hija vara maħduma fil-Kartapesta fl-1984 minn Alfred Camilleri Cauchi minflok oħra li kienet inġiebet minn Bari xogħol ta' Salvatore Bruni fl-1962 u li kienet tmermret għal kollox.
    It-tmien vara hija dik tal-Kruċifissjoni jew aħjar il-Vara l-Kbira. Il-Kurċifiss ferm antik tant li insibu li fl-1741 il-fratellanza ta' San Ġużepp ħadet ħsieb tagħmillu raġġiera tal-fidda. Dan il-korp jirappreżenta lil Kristu fl-Agunija tiegħu dan jidher kemm fil-pożizzjoni kif ukoll fil-ħarsa tal-wiċċ. Din il-figura għanda anatomija tajba ħafna tant li wieħed jista' josserva l-għadam żlugat. Taħt is-salib naraw il-figura tal-Madonna u l-Maddalena għarkobbtejha fuq in-naħa tax-xellug filwaqt li fuq il-lemin hemm San Ġwann l-Evanġelista. Jolqtuk ħafna il-pożizzjonijiet tal-Madonna u San Ġwann li bejniethom qisa għaddeja xi konversazzjoni. Il-Kundanna miktuba fuq is-Salib hija miktuba bl-Ebrajk, il-Grieg u l-Latin eżatt kif kitieba Pilatu skond il-Vanġeli. Din hija xi ħaġa unika u realistika li insibuha biss fir-Rabat tal-Imdina. Fl-imgħoddi billi din il-vara kienet tidħol ukoll fil-belt tal-Imdina is-salib kellu iċ-ċapetti biex ikun jista' jgħaddi mill-bieb ta' din il-belt.
    Id-disa' vara hija dik tal-Monument. Il-Monument tagħna jikkonsisti f'urna barokka li nħadmet fi Sqallija għal ħabta tal-1500. L-urna hija indurata bid-deheb u tinsab priservata fis-Santwarju ta' San Ġużepp taħt in-niċċa ta' San Ġużepp Inkurunat. L-urna preżenti hija replika ta' din li semmejna. Din saret fl-1953 u inħadmet mill-imgħallem Ġużeppi Muscat, l-iskultura saret mis-Surmast Carmelo Tonna u indurat minn Ġużeppi Farrugia mill-Imdina. It-Tlieta kienu Fratelli attivi ta' San Ġużepp. Il-korp ta' Kristu li huwa sabieħ ħafna għadu l-oriġinal ta' awtur mhux magħruf. Dan il-monument ikun imżejjen b'44 globu tal-ħġieġ li jinxtegħlu bix-xema' matul il-purċissjoni. Miegħu jakkumpanjaw erba' fratelli

КОМЕНТАРІ •