Il-Bożen - Marċ Brijuż | Festa Marija Reġina Marsa

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 14 жов 2024
  • Lirika
    Ejjew Marsin Reġinisti,
    ħa nfakkru ftit lill-ġirien.
    Li festa bħalma hi tagħna,
    dawn mhu’ se jsibu mkien.
    Ja msejknin kontu mxenqa,
    mortu tiġru ġewwa l-Menqa.
    Jaħasra x’biċċa ġratilkom,
    statwa tal-pupi għamlilkom.
    Ara ġejjin tar-Reġina,
    fil-Marsa żgur magħrufin;
    Għall-festa kbira li nagħmlu,
    b’isimna tassew kburin.
    Hawn fuq kollu sebbaħna,
    bnadar blu ma kullimkien.
    Mhux ta’ b’xejn illi komplejna,
    nissaħħu matul iż-żmien.
    Aħna l-kbar,
    Ta’ fuq l-iljuni.
    Sena wara oħra,
    kif inbelħukom;
    b’dal-briju kbir.
    U xi ġmiel,
    ta’ vara għandna.
    Din l-għaqda tagħna,
    kollha ħerqana,
    warajk miġburin.
    Ħarsu ftit lejna,
    knisja tidher minn kullimkien.
    Ittawlu sewwa,
    anke niftħulkom il-bibien.
    Fin-nofs tal-Knisja,
    Hemm vara tpaxxi l-għajnejn.
    Bir-raġun kollu,
    terfgħu fiha mnejn sa fejn! (x4)

КОМЕНТАРІ • 2