DAR TAS-SEKLU 19 F’BIRKIRKARA SALVATA MINN ŻVILUPP

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 28 тра 2020
  • ONE.COM.MT •Dar li għandha mal-mitejn sena fi Triq Santa Rita, Birkirkara ġiet salvata wara deċiżjoni importanti tal-Awtorità tal-Ippjanar li ma tippermettix żvilupp li warajh kien hemm l-eks Ministru Nazzjonalista George Pullicino.
    Din id-dar ġabet nostalġija lil Alfred Attard li qatta’ kważi kwart ta’ seklu minn ħajtu jgħix fiha.
    Ma’ dan l-istazzjon tkellem dwar esperjenzi sbieħ f’din id-dar u qalilna kemm kien pass għaqli li din id-dar ingħatat kull protezzjoni minn żvilupp.
    KITBA: EMAN PORTELLI
    FILMAT: C. BORG / A. BORG
    Dar storika li nbniet fis-seklu dsatax f’Birkirkara ġiet salvata minn żvilupp li kien se jaraha tinbidel f’diversi appartamenti u kumpless ta’ garaxxijiet.
    L-Awtorità tal-Ippjanar qablet b’mod unanimu u ċaħdet dan l-iżvilupp fil-qalba ta’ Birkirkara, li l-perit tal-proġett kien l-eks Ministru Nazzjonalista għall-Ambjent George Pullicino.
    F’din id-dar, fi Triq Santa Rita, għex għal tlieta u għoxrin sena, il-kummentatur sportive, Alfred Attard.
    Alfred jew Fredu kif isibuh bosta Karkariżi qalilna kif qatta’ tfulitu u żgħożitu f’din id-dar li tagħtu esperjenzi sbieħ fosthom meta kien jagħti bil-ballun barra d-dar ma ġirien tamparu.
    ALFRED ATTARD
    KIEN JGĦIX F’DAR TAS-SEKLU 19
    “FIL-BITĦA, ILLI KELLHA ĦNEJJA JIĠIFIERI DIK WAĦDA MIL-LASTI U FAĊĊATTA KIEN HEMM BIEB, KANNA TAL-ILMA MHUX TAL-PLASTIC IMMA TAL-ĦADID U DIK LASTA OĦRA, ALLURA KONNA NILGĦABU L-FUTBOL HEMMHEKK IT-TFAL KOLLHA TAL-ISQAQ KOLLHA JIĠU HEMMHEKK, KONNA NAGĦMLU TOURNAMENTS”
    Semma kif id-dar hija kkaratterizzata minn kmamar kbar b’ħafna turġien garigor.
    Semma wkoll karratteristika sabiħa mal-faċċata, fejn hemm niċċa ta’ San Ġużepp.
    ALFRED ATTARD
    KIEN JGĦIX F’DAR TAS-SEKLU 19
    “HEMMHEKK HEMM SAN ĠUŻEPP U HEMM LAPIDA BIL-LATIN, LI QATT MA FHIMT X’INHI, IMMA SIRT NAF LI DIN TGĦID LI KULL PERSUNA LI TGĦADDI MIN HEMM TRIQ TIEQAF U TGĦID JEW TAGĦMEL ĠEST LEJN L-ISTATWA”
    Il-lapida li semma s-Sur Attard tmur lura għall-elf tmien mija sitta u tmenin meta Monsinjur Antonio Mario Buhagiar kien ta l-indulġenzi.
    B’sens ta’ nostalġija, Attard qal kif id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar kienet waħda pożittiva u laqaha b’idejh miftuħa.
    ALFRED ATTARD
    KIEN JGĦIX F’DAR TAS-SEKLU 19
    “KIENET DEĊIŻJONI TAJBA GĦAL RAĠUNI ILLI DAWN IL-POSTIJIET F’MALTA HEMM BŻONN LI NIBGĦQU NŻOMMUHOM GĦALIEX IL-KULTURA TAGĦNA, L-AMBJENT TAGĦNA INKELLA JKUN QIEGĦED JISPARIXXI BIL-MOD IL-MOD”
    L-oġġezzjonijiet għall-iżvilupp waslu wkoll mis-Sovrintendenza tal-wirt kulturali.
    Id-dar tinsab f’parti antika ta’ Birkirkara, ftit metri ‘l bogħod mill-Kolleġġjata tal-Knisja Parrokjali ta’ Sant’Elena.

КОМЕНТАРІ •