Ħarsa Biss (Official Lyric Video)

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 9 жов 2021
  • ĦARSA BISS
    Kantant: Glen Vella
    Kompożitur: Philip Vella
    Awtur: Joe Julian Farrugia
    Il-vidjow uffiċjali bil-lirika ta' Ħarsa Biss, il-kanzunetta rebbieħa ta' Mużika Mużika 2021
    Lirika:
    Se nħalli d-dawl mixgħul
    fittex itla' l-ħin għaddej
    bla tħalli 'l ħadd jarak
    ftit ħin għalina t-tnej'
    Jekk ma tistax ibgħatli messaġġ
    nifimha s-sitwazzjoni
    ipprova ċċaħħadnix nibqa' nistenniek....
    Ħarsa biss u nkun tiegħek
    ittellagħni 'l fuq minn qiegħ l-art
    issaħħarni kif mill-ewwel darba ssaħħart
    ebda rabtiet ma jegħlbu tqanqilietna.
    Dak li tfisser għalija
    żgur li ħadd ma jifhmu ħlief jien
    qalbi tfawwar, fjamma li titħeġġeġ nirien
    qatt ma nkun jien daqs meta nkunu bejnietna.
    Kull darba li tkun hawn
    ħeffa kbira kontra l-ħin
    jitwaħħdu n-nifsijiet
    suritna meħlusin.
    Fuq spallti nħoss xufftejk mixtiqin
    xewk xewk is-sensazzjoni
    idejk jiżżerżqu fuqi bħax-xemx fil-ksieħ...
    Ħarsa biss u nkun tiegħek
    ittellagħni 'l fuq minn qiegħ l-art
    issaħħarni kif mill-ewwel darba ssaħħart
    ebda rabtiet ma jegħlbu tqanqilietna.
    Dak li tfisser għalija
    żgur li ħadd ma jifhmu ħlief jien
    qalbi tfawwar, fjamma li titħeġġeġ nirien.
    Dejjem nixtieqhom dal-mumenti
    għax qatt ma nkun jien,
    daqs meta nkunu bejnietna.
    Ħarsa biss.
    Ħarsa biss u nkun tiegħek
    ittellagħni 'l fuq minn qiegħ l-art
    issaħħarni kif mill-ewwel darba ssaħħart
    Dejjem nixtieqhom dal-mumenti bejnietna.

КОМЕНТАРІ • 11