NOMINA GĦAL DEPUTAT MEXXEJ PARLAMENTARI TAL-PL

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 11 вер 2024
  • ONE.COM.MT • Sadanittant il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg ħabbar li se jitfa’ n-nomina tiegħu għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista.
    Din il-pożizzjoni, li sa ftit ilu kienet okkupata minn Chris Fearne, trid timtela bħala parti minn numru ta’ ħatriet ġodda fl-amministrazzjoni Laburista waqt il-Konferenza Ġenerali ta’ nofs ix-xahar id-dieħel.
    KITBA: EMAN PORTELLI
    FILMAT: ARKIVJI
    Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, Ian Borg, ħabbar li se jkun qed jitfa’ n-nomina tiegħu għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista fl-elezzjonijiet ta’ nofs ix-xahar id-dieħel biex tinħatar l-amministrazzjoni Laburista.
    Dr Borg ħabbar dan fi stqarrija, fejn qal li qed jagħżel li jkompli jagħti sehemu fit-tisħiħ tal-Partit u tal-Gvern Laburista.
    Sostna li “b’konvinzjoni, nemmen li l-Partit Laburista u l-valuri li nħaddnu huma l-aqwa għażla politika għal pajjiżna u li lkoll kemm aħna jeħtieġ naħdmu bla heda, flimkien, għall-ġid tal-poplu Malti, bħalma ilu jagħmel dan il-Partit sa minn meta twaqqaf, għal aktar minn 100 sena.”
    Il-Ministru Borg qal li fl-aħħar ġimgħat, hu tkellem ma’ sħabu l-Membri Parlamentari u delegati tal-Partit Laburista, fosthom dawk li avviċinawh biex jagħmel dan il-pass.
    Dr Borg sostna li kkunsidra wkoll is-sejħa għall-għaqda tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela, waqt li tkellem ukoll ma’ Chris Fearne, li serva f’din il-kariga ta’ Deputat Prim Ministru bi grinta u determinazzjoni għal dawn l-aħħar tmin snin.
    F’din l-istqarrija, Dr Borg sostna li ilu nvolut fil-Partit Laburista sa mill- età ta’ 16-il sena u dejjem emmen fil-qawwa tal-komunitajiet, bil-għan li jkunu xprunati l-familji u n-negozji, biex pajjiżna jibqa’ jirnexxi.
    Qal li l-esperjenza tal-ħidma tiegħu fil-Kabinett tal-Gvern fl-aħħar 11-il sena kompliet turih il-kisbiet kbar li kapaċi jintlaħqu b’ħidma bil-għaqal, flimkien u b’rieda tajba.
    Hawnhekk Dr Borg semma kif twettqu fost l-akbar proġetti infrastrutturali li qatt ra pajjiżna u fl-aħħar sentejn, f’isem Malta, mexxa l-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, fejn ittieħdu deċiżjonijiet kruċjali, fost oħrajn dwar il-Lvant Nofsani u l-Ukrajna.
    Semma wkoll kif din is-sena, f’isem Malta, qed imexxi l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa, l-OSCE.

КОМЕНТАРІ •