Lill-Bambina, Il-Gawhra ta' Qalbna

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 16 вер 2024
  • B'harstek fissa lejn is-sema,
    titlob b'herqa lill-Hallieq,
    illi ghazlek sa mill-bidu,
    biex tkun l-Omm tal-wild mixtieq.
    U kif l-Iben tana lilek,
    biex tkun Ommna, fuq salib,
    beltna laqghet lil xbihetek,
    biex tharisna f'kull tigrib.
    O Bambina sbejha taghna,
    O Sultana tal-bnedmin,
    jixraq ismek lill-belt taghna,
    qatt mirbuha tul is-snin.
    O Patruna tal-qalb taghna,
    Principessa tac-ckejknin,
    sirt il-warda Sengleana,
    sirt il-gawhra tal-Maltin ... tal-Maltin.
    Kemm talbuk missirijietna,
    meta l-mewg le kien hafif,
    kemm dmugh gelben minn ghajnejhom,
    xhin raw jikber it-tigrif.
    Imma int bqajt wieqfa f'nofshom,
    donnok arka fl-ilmijiet,
    minn fejn kont bdejt il-vjagg tieghek,
    sa ma siktu l-aghar mewgiet.
    O Bambina sbejha taghna, ...
    U kif hlist lil ommijietna,
    f'halq il-mewt bil-guh, bil-ghatx,
    hares lilna u lil uliedna,
    biex fil-mewg nimtlew b'kuragg.
    Dawwal ruhna bl-akbar fidi,
    bhar-raggiera b'lewn fiddien,
    biex bhall-angli mdawra mieghek,
    ingawduk kull hin flimkien.
    O Bambina sbejha taghna, ...
    Kitba : Stefano Farrugia, L-Imqabba
    Kompozizzjoni : Mro. Ray Sciberras
    Kant : Michael Chetcuti u Ina Robinich
    3 ta Settembru 2014

КОМЕНТАРІ • 7

  • @louisecaruana4746
    @louisecaruana4746 9 років тому +1

    Proset hafna ta din is silta ferm sabiha
    Viva MARIJA BAMBINA

  • @frankcorso3953
    @frankcorso3953 9 років тому +1

    VIVA MARIJA BAMBINA IS SULTANA TAL VITTORJI MALTIN

  • @charleshalliday4783
    @charleshalliday4783 9 років тому

    viva il Bambina il ghawra tal Maltin viva

  • @isaacmizzi3358
    @isaacmizzi3358 4 роки тому

    VMB
    #lejn100sena inkurunata

  • @renaldvella2871
    @renaldvella2871 9 років тому

    viva maria bambina ta l isla

  • @SaviourGellel
    @SaviourGellel Рік тому

    Viva Marija Bambina

  • @vince58747
    @vince58747 9 років тому +1

    viva Marija Bambina nkurunata Patruna u ġahwra tas-Sengleani, u għaxqa tal-Maltin.
    Proset ħafna mill-qalb ta' din id-diska tassew sabiha.