JASLU F’MALTA R-RED ARROWS GĦALL-AIRSHOW

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 6 жов 2024
  • ONE.COM.MT •
    Jumejn qabel ma pajjiżna jesperjenza edizzjoni oħra tal-Malta International Airshow, fl-aħħar sigħat waslu f’pajjiżna għaxar ajruplani tar-Red Arrows.
    Il-kollegi Nolan Camilleri u Alex Borg segwew il-wasla ta’ dawn l-ajruplani minn Ħal Farruġ.
    JASLU F’MALTA R-RED ARROWS GĦALL-AIRSHOW
    “Kienu ftit wara l-erbgħa u għoxrin ta’ waranofsinhar fejn għaxar ajruplani mir-Royal Air Force Red Arrows niżlu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta b’antiċipazzjoni għall-Malta Airshow 2023. Dawn l-ajruplani, fosthom kien hemm l-iSquadron Leader li huwa ta’ dixxendenza Maltija Graeme Muscat. F’dan is-servizz se nisimgħu anki kummenti tiegħu proprju kif għadhom kif jaslu dawn l-għaxar ajruplani illi telqu kmieni filgħodu minn ġewwa r-Renju Unit.”
    Fil-fatt, in-nannu ta’ Muscat, wieħed mill-piloti li niżlu bl-ajruplani tat-tip Hawk T1 - F, tar-Red Arrows kien mill-Birgu, allura ma naqasx li nistaqsuh dwar dak li jħoss waqt li jkun qed itir fuq pajjiż l-antenati tiegħu.
    GRAEME MUSCAT
    SQUADRON LEADER - RED ARROWS
    “I am particularly biased, I am not from Malta, my grandfather is from Malta but whenever I come here with my parents it just feels like coming home. Today, flying over Mdina on the way into the airport over the flypast I could see all of it just fills my heart with so much pride being back in my ancestorial home.”
    Fl-ewwel kummenti tiegħu ftit wara l-inżlul tal-ajruplani f’pajjiżna, Muscat, li stqarr magħna kif jinsab ħerqan biex flimkien ma’ sħabu jagħtu prestazzjoni mill-isbaħ matul tmiem il-ġimgħa, qasam magħna wkoll kif kien il-vjaġġ tiegħu lejn Malta.
    GRAEME MUSCAT
    SQUADRON LEADER - RED ARROWS
    “Yeah, it started off in France it was very cold, very wet, very windy but as we got to Malta it slowly dried out and slowly warmed up so to arrive here in this weather it is fantastic.”
    Mal-wasla tagħhom il-bdoti tar-Red Arrows kienu milqugħa mill-Kummissarju Għoli Brittaniku għal Malta, Katherine Ward.
    Ma’ dan l-istazzjon tkellem ukoll Massimo Farrugia li huwa l-President tas-Soċjetà Maltija tal-Avjazzjoni li nnota l-konkorrenza b’saħħitha tal-pubbliku għal din l-edizzjoni tal-Airshow li se tkun qed tlaħħaq l-eluf.
    Farrugia nnota li f’din l-edizzjoni se jieħdu sehem mal-erbatax-il pajjiż, li se jaslu ilkoll sal-Ġimgħa, minbarra dawk li diġà jinsabu hawn.
    MASSIMO FARRUGIA
    PREISIDENT TAS-SOĊJETÀ MALTIJA TAL-AVJAZZJONI
    “Ser ikollna wkoll xi ħaġa sabiħa l-Ħadd waqt il-flying display ser ikollna l-Air Malta wkoll li se tkun qed tingħaqad mal-Airshow biex turi wkoll l-ajruplan tagħha.”
    Ix-xow prinċipali se tkun tista’ tiġi segwita minn biswit l-Akkwarju Nazzjonali, f’San Pawl il-Baħar, bejn is-sagħtejn u s-sitta tas-Sibt u l-Ħadd waranofsinhar.
    Dan apparti li l-pubbliku jista’ jara l-ajruplani li qed jieħdu sehem ipparkjati s-Sibt u l-Ħadd bejn it-tmienja ta’ filgħodu u s-siegħa ta’ waranofsinhar minn Ħal Farruġ quddiem l-SR Technics u mis-Safi Aviation Park.
    Il-parkeġġ se jkun ipprovdut flimkien ma’ servizz ta’ shuttle minn u lejn iż-żewġ postijiet fejn se jkunu qegħdin stazzjonati l-ajruplani.

КОМЕНТАРІ •