Emminni ma nafx x’inħoss, meta nsibni nħares lejk. Għandix nobgħod, għandix ngħożż, dis-sbuħija li inti int. Tixbaħ l’ ajkla fis-smewwiet, majestuża w rixek fin. Inti fjura qalb l-għollieq, unur għall-ħolqien. Taf li tkebbisni b’dieqa illi tgħaxxik. Jekk nista’ nonqsok, naqla’ għajnejja t-tnejn, ikun aħjar. Ma nafx irridekx tkun taf li inti oħla minn kulħadd. Kieku nqegħdek ġo mużew, biex kulħadd jitpaxxa bik. Nistennik, biss jekk narak, nistaħba għax jien għarwien. Inti fjura qalb l-għollieq, unur għall-ħolqien. Taf li tkebbisni b’dieqa illi tgħaxxik. Jekk nista’ nonqsok, naqla’ għajnejja t-tnejn, ikun aħjar. Aħjar tgħeżżiżni waħda forsi nqum. Inxammar il-kmiem, nibda’ x-xogħol.
Emminni ma nafx x’inħoss, meta nsibni nħares lejk.
Għandix nobgħod, għandix ngħożż, dis-sbuħija li inti int.
Tixbaħ l’ ajkla fis-smewwiet, majestuża w rixek fin.
Inti fjura qalb l-għollieq, unur għall-ħolqien.
Taf li tkebbisni b’dieqa illi tgħaxxik.
Jekk nista’ nonqsok, naqla’ għajnejja t-tnejn, ikun aħjar.
Ma nafx irridekx tkun taf li inti oħla minn kulħadd.
Kieku nqegħdek ġo mużew, biex kulħadd jitpaxxa bik.
Nistennik, biss jekk narak, nistaħba għax jien għarwien.
Inti fjura qalb l-għollieq, unur għall-ħolqien.
Taf li tkebbisni b’dieqa illi tgħaxxik.
Jekk nista’ nonqsok, naqla’ għajnejja t-tnejn, ikun aħjar.
Aħjar tgħeżżiżni waħda forsi nqum.
Inxammar il-kmiem, nibda’ x-xogħol.