"F'Ismek Imghammdin" (Diska Uffiċjali Festa Santa Liena 2022 - Banda Duke of Connaught's Own)

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 21 лип 2022
  • Lirika:
    Ejjew Karkariżi, ningħaqdu f’dal-ġranet sbieħ,
    Ninsew ż-żmien diffiċli bit-tama li għaddejnih.
    L-ostakli ngħelbu, żgur ħarsitna fil-futur,
    Naħdmu b’serjetà ħa nsaħħu dis-Soċjetà.
    Fi ħdan l-ewwel banda tal-Għama hawnhekk qegħdin,
    Storja li bdiet fl-elf tmien mija ħamsa w sittin,
    Minn dakinhar sal-lum, lura ma ħarisna qatt,
    Kattarna l-kultura, spikkajna fl-artiġjanat.
    L-ewwel kolleġġjata f’pajjiżna, aħna l-ewlenin,
    Bażilka Minuri, dil-ġawhra biha mkabbrin,
    F’ġieħ il-patruna, kemm nagħmlu festi kbar,
    Għal Santa Liena minn qalbna nagħtu l-aħjar.
    RIT: Determinati u kburin, ma dan il-każin, bl-aħmar rebbihin,
    Ghax Elenjani mit-twelid, f’ismek imgħammdin, meqjuma int mad-dinja kollha.
    F’ismek imgħammdin … bik aħna kburin …
    Lieni inħobbuk … ġieħ lilek nagħtuk.
    Żgħażagħ tal-Wied … ejja lkoll flimkien …
    Żgħażagħ tal-Wied … ejja lkoll flimkien.
    Determinati u kburin … ma’ dan il-każin … bl-aħmar rebbieħin,
    Għax Elenja ni mit-twelid, f’ismek imgħammdin, meqjuma int mad-dinja kollha.
    F’ismek imgħammdin … bik aħna kburin,
    Lieni inħobbuk … ġieħ lilek nagħtuk.
    ---------------------------------------------------------------------------------------------------------
    Kantanti: Malcolm Pisani u Desirei Grech
    Mużika: Aldo Spiteri
    Lirika: Sandro Galan
    Kurunettista solista: Julia Grima
    Tfajjel fil-'video': Thiago Vella
    Tim tal-produzzjoni: Duncan Incorvaja u Carmel Muscat
    Produzzjoni tal-'video': Clive Pace Pictures
    Ħajr lil D&E Furniture Installations, Karl Cutajar (Viċi-Sindku Kunsill Lokali ta' Birkirkara), Vladimir Cauchi, il-Kapitlu Elenjan, The Grid, Rizzo Service Station, VC Service Station, JS Services, C&S VELLA - Water Transpont u SG Plastering, Painting and Handyman Services.

КОМЕНТАРІ •