ADRIAN DELIA SFIDUĊJAT MID-DEPUTATI TIEGĦU

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 30 січ 2025
  • ONE.COM.MT • Fis-satra tal-lejl, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ġie sfiduċjat minn dsatax-il deputat fil-grupp parlamentari f’mozzjoni li preżenta Chris Said u sekondata minn Therese Comodini Cachia.
    Adrian Delia indirizza konferenza tal-aħbarijiet u qal li hu se jibqa jmexxi l-Partit Nazzjonalista.
    Barra d-dar ċentrali, l-partitarji ta’ Adrian Delia nfexxew f’tgħajjir lejn id-deputati tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil.
    Sejħulhom tradituri u ġakbini.
    Fis-servizz li jmiss se nsegwu dettalji ta’ kif żviluppaw l-affarijiet b’mod drammatiku fid-Dar Ċentrali fost ħafna ġlied u tgħajjir.
    KITBA N. BUTTIGIEG / K. MIFSUD
    FILMATI S. CUCCIARDI / A. BORG
    Lejl ta’ tensjoni u qtigħ il-qalb li ra lil Adrian Delia jiġi sfiduċjat minn Kap Nazzjonalista mid-deputati tiegħu stess.
    Dsatax-il deputat ivvutaw kontra l-Kap Adrian Delia u ħdax-il deputat ivvutaw favur il-Kap, f’vot sigriet li ttieħed wara rapport tat-Times wera komunikazzjoni kontinwa bejn Adrian Delia u Yorgen Fenech wara li sar magħruf li huwa s-sid tal-kumpanija 17 Black.
    L-affarijiet mill-ewwel dehru li se jieħdu fit-tul.
    Kien għal ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija, barra d-Dar Ċentrali bdew jinġabru numru ta’ partitarji u tesserati Nazzjonalisti li jappoġġjaw lil Adrian Delia.
    Fost l-attivisti kienet tinħass arja tqila, tant li kien hemm xi nies ta’ Adrian Delia li spiċċaw jargumentaw bejniethom dwar min hu l-iktar leali lejn l-Kap.
    Tindaħalx aħna ta’ Delia vera, aħna mhux ġakbini.
    Kif kien żvela ONE News, matul il-ġurnata tat-Tlieta n-nies ta’ Adrian Delia bagħtu għadd ta’ messaġġi sabiex jinżlu barra l-istamperija u jagħtuh l-appoġġ.
    Bil-preżenza ta’ din il-folla, Adrian Delia ried jibgħat messaġġ lid-deputati li kienu se jivvotaw kontrih li hu għadu jgawdi l-appoġġ tat-tesserati.
    Barra d-Dar Ċentrali kien hemm preżenża ta’ uffiċjali tal-pulizija.
    Dan filwaqt li xi uffiċjali tas-sigurtà tal-Partit Nazzjonalista sakkru l-bibien tad-Dar Ċentrali fost l-għadab tan-nies li kienu anżjuzi jistennew barra l-verdett dwar Delia.
    Id-dar tagħna u għalqu l-bieb. Lil min tgħida din.
    Nies ta’ Adrian Delia bdew ilissnu kliem kontra d-deputati tal-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busuttil. Oħrajn bdew jinstemgħu jistaqsu għaliex qegħdin jagħmlulu hekk lill-Kap tagħhom.
    Id-dispjaċir tan-Nazzjonalisti ta’ Delia kien evidenti.
    Intant kien ONE News li żvela li quddiem il-grupp parlamentari Nazzjonalista se titressaq mozzjoni biex jitressaq vot ta’ sfiduċja fil-Kap Adrian Delia. Kien id-deputat Chris Said li preżenta l-mozzjoni u kienet sekondata minn Therese Comodini Cachia.
    Filfatt is-sorsi tagħna fil-laqgħa tal-grupp parlamentari qalulna li Adrian Delia ried li d-deputati tiegħu juru kif ivvotaw iżda kellu jċedi għal pressjoni tad-deputati li sfiduċjawh u l-vot ittieħed b’mod sigriet.
    Sadanittant l-attivisti ta’ Adrian Delia, baqgħu hemm għal aktar minn sitt sigħat.
    F’ħin minnhom deher supretendent tal-pulizija dieħel fl-istamperija mill-garaxx hekk kif beda jitħejja pjan ta’ kordinament ta’ kif ħa jkunu eskortati n-nies li kienu ġewwa u riedu joħorġu.
    Ftit qabel is-siegħa ta’ filgħodu, ONE News b’mod esklussiv żvela li Delia kien sfiduċjat bin-numri eżatti tad-deputati favurih u dawk kontrih.
    L-aħbar ġriet mal-ewwel u dak il-ħin il-partitarji ta’ Delia ħarġu l-għadab tagħhom f’rabja u tgħajjir lejn id-deputati Nazzjonalist li kienu għadhom kemm sfiduċjaw il-Kap li tellgħu t-tesserati.
    Spikkaw il-kliem tradituri u ġakbini, fost dagħ u kliem faħxi lejn id-deputati tal-fazzjoni Busuttil.
    Lil Claudio Grech, il-miġemgħa barra d-Dar Ċentrali għajritu żerriegħa ta’ Austin Gatt.
    Kien hemm deputati oħra bħal David Thake, Beppe Fenech Adami u Jason Azzopardi li ma kellhomx il-kuraġġ jiffaċċjaw lill-partitarji nazzjonalisti u ħarġu minn bieb ieħor.
    Il-partitarji Nazzjonalisti infexxew jgħajjru wkoll lil Karol Aquilina hu u għaddej bil-karozza minn quddiem l-istamperija.
    Waqt dawn il-ġrajjiet drammatiċi jseħħu barra l-għatba tal-istamperija, spikka d-diżappunt.
    Lanqas rispett lejn it-tesserati m’għandhom ... merċinarji.
    Saħansitra ċertu partitarji Nazzjonalisti ta’ Delia bdew jarmu t-tessera.
    Ħa ħuduha.
    Hawn merċinarji hawn kontra l-kap.
    Li mhux se jieħdu voti mingħandi. La jekk jitla’ Claudio lee.
    Partitarji oħra tilfuha tant li bdew jeħduha ukoll mal-pulizija.
    Filwaqt li oħrajn nfexxew jgħajjru lil ġurnalisti ta’ dan l-istazzjon.
    Purċinella.
    Ejja għidli ħa nidibattu.
    Intant ftit wara li ttieħed il-vot, il-ġurnalisti daħlu ġewwa d-Dar Ċentrali hekk kif Adrian Delia indirizza konferenza tal-aħbarijiet u qal li se jibqa’ Kap.
    Wara l-konferenza huwa ħareġ mid-Dar Ċentrali u ntlaqa’ mill-partitarji.
    Spikka l-għajjat, Delia Delia.

КОМЕНТАРІ •