Ossessjoni - Dwayne ft. Dominic

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 30 гру 2022
  • Lirika:
    Chorus:
    Għaliex qed ngħix din il-ħajja
    Kuljum inħossni fgat
    Ma nistax inqum fuq saqajja
    Spiċċajt ossessjonat
    Yo
    Vers 1:
    X’għandek speċjali biex tfajtni f’din l-ossessjoni
    Qed inħoss li din hija impossibli l-missjoni
    Indur fejn indur dejjem niġi dari mal-ħajt
    Mulej nixtieq soluzzjoni għax verament issa xbajt
    Nipprova naljena rasi, imma kollu għalxejn
    Mill-kurituri ta’ moħħi ma naħsibhiex darbtejn
    Għaliex qed jiġrili hekk, jien qas biss naf għalfejn
    Nibda ngħid żgur daqshekk nibda nħossni bejn ħaltejn
    Kuljum nibki f’kamarti, kuljum nimsaħ id-dmugħ
    Lili min se jsabbarni, ma nistax nieħu ruħ
    Il-ġurnata naraha twila qisha ma tintemm qatt
    Ma nistax niftaħ qalbi la miegħek, lanqas ma ħadd
    Kultant nipprova nkellmek imma lsieni ma jtinix
    Il-vuċi ma tkunx trid toħroġ biex żgur ma tismanix
    Minflok inżomm ġewwa fija w nibqa’ b’ħalqi magħluq
    Ħalli ħadd ma jkun jaf ħlief ovvjament dak t’hemm fuq
    Kull meta niltaqa' miegħek inkun irrid nevitak
    Imma qalbi tgħid mod ieħor għax tkun tridni narak
    Nibda nfittxek bil-ħerqa, nibda ninħeba fid-dell
    Eċitament ġewwa fija qisni tfajjel b’ġugarell
    Meta sa fl-aħħar narak, qas niflaħ nagħmel ħoss
    Mhux friefet biss imma l-insetti tad-dinja kollha nħoss
    Emminni nixtieq nurik, kemm qiegħed naħseb fik
    Imma kultant nibda nhewden, tgħid nipprova ninsik?
    Chorus:
    Għaliex qed ngħix din il-ħajja (għaliex)
    Kuljum inħossni fgat (inħossni fgat)
    Ma nistax inqum fuq saqajja
    Spiċċajt ossessjonat
    Yo
    Vers 2:
    Nibda naħseb u nikteb, waqt li qiegħed nirrima
    Kemm togħġobni meta f’wiċċek nara dik it-tbissima
    Jew dik id-daħka ħelwa, li tikser dak is-skiet
    Nibda noqgħod nismagħha, fil-ħemda w fil-kwiet
    Jew dawk il-par għajnejn, meta fihom ninsab
    Ileqqu w jiddu qishom stilel fis-sema mingħajr sħab
    Dik il-ħarsa li tiġbdek minn ġol-folla tan-nies
    Nibda nħossni bbalzmat qisni mħabba bla qies
    Dak il-leħen irqiq ma nixba nisimgħu qatt
    Meta nisimgħek titkellem qisu ma jeżisti ħadd
    Jew il-mod kif titħaddet u anke kif tirraġuna
    U emminni meta ngħidlek, li int l-isbaħ fjura
    Kemm nixtieq qiegħed ħdejk, qed inħares f’għajnejk
    U int tħares lura f’tiegħi waqt li naqbadlek idejk
    Qed inħarsu lejn xulxin, kemm nixtieq jieqaf il-ħin
    Min jaf x’hemm jistenniena, min jaf x’inhu d-destin
    Bridge:
    Kuljum inħossni fgat
    Ossessjonat
    Chorus:
    Għaliex qed ngħix din il-ħajja (għaliex)
    Kuljum inħossni fgat
    Ma nistax inqum fuq saqajja
    Spiċċajt ossessjonat (ossessjonat)
    Mulej sibli soluzzjoni
    Ma kontx preparat (u qatt mhu se nkun)
    Nixtieqek tifhem is-sitwazzjoni
    Spiċċajt ossessjonat
    Ossessjonat
    Ossessjonat
    Ftakar li fil-ħajja, għal kollox hemm soluzzjoni
    Mela qum fuq saqajk, u ibda ġġieled din l-ossessjoni

КОМЕНТАРІ • 3