The Travellers - Siġġu Vojt

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 5 гру 2021
  • Siġġu Vojt minn The Travellers
    / thetravellersmalta
    / thetravellersmalta
    Membri tal-Band:
    Clayton Bonello
    Michael Camilleri
    Chris Gatt
    Sylvano Mizzi
    Andrew Vella
    Joseph Xerri
    Rikording u Produzzjoni: Jagged House Studios
    Produzzjoni tal-vidjow: LEVIPLUS.
    Direttur: Steven Levi Vella
    Produzzjoni: Becky Galea
    Direttur tal-istampa: Andrew Randon
    L-ewwel assistent tal-kamera: Naomi Gredal
    It-tieni assistent tal-kamera: Peter McClean
    Gaffer: Anthony Mizzi
    Atturi:
    Mark Mifsud - Il-missier fl-ewwel vers
    Mason Shead - It-tifel fl-ewwel vers
    Cassandra Spiteri - L-omm fl-ewwel vers
    Ryan Galea - Il-ġuvni fit-tieni vers
    Luke Galea - It-tifel fit-tieni vers
    Chris Galea - Il-katavru
    Irtokk: Deandra Bugeja
    Lirika:
    Kemm seta’ kelli, forsi xi seba’ snin,
    niftakar ċar, konna quddiem id-dar.
    Ġurnata pjuttost xitwija, b’sema iswed skur,
    donnu li dak il-jum, kien diġà mimli dmugħ.
    U għaddiet f’ħakka t’għajn bħal berqa billejl,
    riħa ta’ ħruq u dmija fuq ix-xufftejn.
    "Kellimni papà!" B’għajnejk it-tnejn miftuħin
    iżda ġismek mitluq, maqbud qalb il-ħadid.
    Qabduni minn wara u kaxkruni ’l bogħod,
    ommi bdiet tibki, tgħajjat, tirtogħod.
    U f’kemm ilni ngħidlek spiċċajna l-isptar
    iħeġġuni ngħid ċaw, lilek papà!
    Jien hawn, għalik.
    La tibżax,
    ejja nimxu din il-mixja id f’id.
    Inwiegħdek żgur mhux ser ninsik
    għax miegħek qed nagħmel patt
    li nħalli siġġu vojt, dejjem għalik.
    Kemm seta’ kelli, forsi xi tletin,
    tiskanta kif xi kultant jgħaddi l-ħin.
    Soqt id-dar waħdi bil-mija u għoxrin,
    wara balla xorb, u ftit drogi.
    U hekk f’ħakka t’għajn rajt kollox idur,
    niftakar hu biss li kien hemm raġel maqtul.
    Ibnu jwerżaq, dmija fuq ix-xufftejn,
    "Kellimni papà, ċaqlaq idejk!"
    Qabduni minn wara u kaxkruni ’l bogħod,
    tefgħuni ġo ċella waħdi nirtogħod.
    Dak it-tifel sar orfni bħalma orfni kont jien,
    kellu jmur fuq missieru jgħidlu dal-kliem.

КОМЕНТАРІ • 73

  • @thetravellersmalta
    @thetravellersmalta  2 роки тому +29

    Grazzi tas-sapport tagħkom bħal dejjem imma aktar minn hekk, grazzi kbira lil dawk li qed jaqsmu l-istejjer u l-esperjenzi tagħhom magħna. Xi kultant huwa diffiċli tisma’ u huwa diffiċli taqra. Emozzjonijiet bierda magħġuna ma’ traġedja li setgħet ġiet evitata. Nies minn kull aspett tal-ħajja, kollha affetwati b’mod simili. L-uġigħ fiżiku huwa ikrah imma t-trawma emozzjonali li wieħed iġorr miegħu hija xi ħaġa li probabilment hija agħar. Tista’ taraha f’għajnejjhom huma u jitkellmu. Tista’ tħossha fil-vuċi tagħhom waqt li jirrakkontaw sekonda b’sekonda, minuta b’minuta, ġurnata b’ġurnata l-aċċident u l-vjaġġ ta’ wara biex jerġgħu jsibu saqajjhom. L-istejjer ta’ eroj li salvaw il-ħajjiet u l-memorji tal-vittmi li kellhom ħajjithom interrotta f’sekonda. L-istejjer ta’ ommijiet, missirijiet, tfal u ħbieb. Grazzi talli qed taqsmu dan kollu magħna. Qed tgħallmuna ħafna u żgur li mhux ser ninsew isimkom. Dejjem fit-talb tagħna.

  • @Mariamunro95
    @Mariamunro95 2 роки тому +7

    Hearing this first on an add I was about to skip right passed it without even bothering to look as I do with most the junk that pops up on my screen, 'til I heard his voice and started balling from the moment he mentioned the first crash. The tone, the voice, the lyrics and the way they come together to help visualise this tragic scene is beyond outstanding, you guys are really something else. You know you aced it when you can bring tears to the eyes of someone who's stoic at funerals. Amazing.

  • @alim-oj9un
    @alim-oj9un 2 роки тому +6

    How sad, very strong message, well done . So many people will have passed through this nightmare for real. Let’s hope this xmas will be a safe one 🙏

  • @MissNuTCasE
    @MissNuTCasE 2 роки тому +4

    Ma nafx ghalfejn certu muzika tkexkili gismi u tlegligli dmugh Mal ewwel ftit noti! Din wahda min dawk il ftit!! Prosit min qalbi 😍😍

  • @anthonyasciak4200
    @anthonyasciak4200 2 роки тому +2

    Xokkanti.. Qabbistuli id-dmuh u gibtuni f'sensijja

  • @vladimirvladimir2690
    @vladimirvladimir2690 Рік тому +2

    I hope you guys going to represent Malta at Eurovision once! U r the best what Malta has! And of course sing in beautiful Maltese language!!!
    I was living in Malta 2015-2019 and i have beautiful memories!! Greetings from Serbian guy living now in Frankfurt!!!
    🇲🇹❤️

  • @maljudrinu
    @maljudrinu 2 роки тому +3

    The story backing the sad narrative is on spot. The narrative of the song is mind blowing. Stellar work time and time again. Great work

  • @user-bb5vn9cj5s
    @user-bb5vn9cj5s Рік тому

    I love the song

  • @mary-anncamilleri7840
    @mary-anncamilleri7840 2 роки тому +4

    So heart rending , and such a strong message ...Once again outstanding ...

  • @yamyam60
    @yamyam60 2 роки тому +1

    Powerful song and video. IMHO the best Maltese music video. Great band.

  • @ikrammiah2324
    @ikrammiah2324 2 роки тому +2

    I liked the vocals, smt about feeling vibes for music in a language you don't know and their underlying msg

  • @rynagi
    @rynagi Рік тому

    diska b message kbir...kemm intom bravi

  • @theadebono1976
    @theadebono1976 2 роки тому +3

    Awesome!!! Strong message and I cried like a baby... Merry Xmas happy new year and all be safe!!

  • @daniellezammit7672
    @daniellezammit7672 2 роки тому +2

    tat tkexkix!... support maltese talent!!

  • @CherAquili
    @CherAquili 2 роки тому +2

    Kemm intom bravi!! Tal-blieh bħal dejjem 💖

  • @Kurama9tailfox
    @Kurama9tailfox 2 роки тому

    Prosejt kbira. Message kbir nisperraw lil jasal gejjien lil festi. Nistennew lil miss ❤️❤️

  • @cristabelcutajar3235
    @cristabelcutajar3235 2 роки тому +2

    Stellar as always ❤️ brought tears to my eyes such a strong message proset!

  • @chrisborg322
    @chrisborg322 7 місяців тому

    I miss you dad
    this for you papa
    SIGGU VOJT GHALIK GHAL DEJJEM❤

  • @MattFitnessCoach89
    @MattFitnessCoach89 2 роки тому

    Amazing ✌️

  • @kurtmallia6650
    @kurtmallia6650 2 роки тому +1

    Amazing!! Tal blih bhas soltu!!

  • @Dan9902
    @Dan9902 2 роки тому +1

    Very heartfelt and direct, well done 👏👏

  • @darrenmangion3198
    @darrenmangion3198 2 роки тому

    Best maltese band ever

  • @marlieseattard5901
    @marlieseattard5901 2 роки тому +1

    Very well done!!! Superb video! Surely got the message through!

  • @robertasaliba8083
    @robertasaliba8083 2 роки тому +1

    Gmiel ta muzika u lirika. Kull kelma flimkien ma dan l music video btant livell gholi tassew specjali.
    Grazzi u proset

    • @thetravellersmalta
      @thetravellersmalta  2 роки тому +1

      Grazzi tal-kliem sabiħ! Ejja nieħdu ħsieb xulxin f'dawn il-jiem!

  • @Kurama9tailfox
    @Kurama9tailfox 2 роки тому

    Prosejt kbira. Messa

  • @kevinsarlo2379
    @kevinsarlo2379 2 роки тому

    Well done!

  • @roannacaruana6018
    @roannacaruana6018 2 роки тому

    Big well done ✅✅

  • @gremmkiins
    @gremmkiins 2 роки тому +1

    Proset l-aħwa 👏🏻

  • @edwinshead1465
    @edwinshead1465 2 роки тому +1

    Mason u did a very good performance proset bro

  • @angiedebono6428
    @angiedebono6428 2 роки тому

    Bravi ħafna

  • @sandramizzi8118
    @sandramizzi8118 2 роки тому +1

    Tal-genn, prosit. Messag qawwi li nittama illi jasal f'widnejn kulhadd!

  • @davidseychell6706
    @davidseychell6706 2 роки тому +1

    Bikkejtuni.....Kemm nimmisjak missier u kemm inhobbok

  • @johnniethepom2905
    @johnniethepom2905 2 роки тому +1

    What ever Creed , Colour , Gender or Religion you may be slow down on the roads , don't drive impaired and have a wonderful Christmas and New Year .

  • @chelseavictoriapace8570
    @chelseavictoriapace8570 2 роки тому

    Well done!! Video u diska sbieh u messagg mill-aqwa! Proset! ❤

  • @abrahammangion7601
    @abrahammangion7601 Рік тому

    ☆☆♡☆☆

  • @lyricsworld6861
    @lyricsworld6861 2 роки тому +2

    Proset l-aħwa , messaġġ li żgur ġie mintqal fi żmien tajjeb. Oqgħodu attenti f'dan iż-żmien ta'festi.

  • @brandoncaruana2979
    @brandoncaruana2979 Рік тому +1

    Diska li ssammrek
    Lirika mill aqwa b messagg b sahtu !

  • @Philipphp
    @Philipphp 2 роки тому

    messagg bsahtu hafna....... Prosit

  • @simonecamilleri8756
    @simonecamilleri8756 2 роки тому

    Tal-qsim il-qalb. Messag b sahhtu prosit

  • @sammjoy
    @sammjoy 2 роки тому

    :(

  • @janaisazarb500
    @janaisazarb500 2 роки тому

    wisq kliem sabih u ta qsim il qalb

  • @rebekahazzopardi8881
    @rebekahazzopardi8881 2 роки тому +1

    Proset ta veru. Intom d definizzjoni ta artisti