Restawr tal-pitturi fis-saqaf tal-Knisja ta’ San Pawl f’Birkirkara

Поділитися
Вставка
  • Опубліковано 8 лют 2025
  • TVM News: Imtella' Ottubru 13, 2018
    Rapport: Fiorella Pace
    www.tvm.com.mt...
    Għaddej ix-xogħol ta’ restawr fuq il-pitturi fis-saqaf tal-Knisja ddedikata lill-konverżjoni ta’ San Pawl f’Birkirkara. Dawn huma xogħlijiet tal-pittur, il-Professur Giuseppe Briffa li ħadem fuq dawn il-pitturi bejn l-1945 u l-1968.
    Għalkemm Triq il-Wied f’Birkirkara hija triq traffikuża ħafna, forsi ftit huma dawk li qatt daħlu fil-Knisja ddedikata lill-konverżjoni ta’ San Pawl. Oriġinarjament il-Knisja nbniet fl-1538, imbagħad reġgħet inbniet 300 sena wara, bejn l-1852 u l-1854. Ir-rettur tal-Knisja Dun Nicholas Doublet spjega li bejn l-1945 u l-1968, il-knisja giet imsebha b’xoghlijiet artistici tal-professur Giuseppe Briffa.
    Dun Nicholas Doublet qal “hawnhekk il-Professur Briffa pitter xeni mill-ħajja ta’ San Pawl, prinċipalment fl-apside għandna xena ta’ San Pawl wara n-nawfraġju, u jagħlaq imbagħad fuq il-gallarija tal-kor bit-tluq ta’ San Pawl minn Malta. Il-kumplament taċ-ċiklu jpitter diversi xeni importanti mill-ħajja ta’ San pawl, bħall-martirju tiegħu, San Pawl jiċċelebra l-Ewkaristija.”
    Ir-restawratriċi Valentina Lupo, spjegat li fl-aħħar tliet snin bdew ix-xogħolijiet ta’ restawr fuq dawn il-pitturi. Spjegat li l-Professur Briffa kien juża t-teknika msejħa marouflage, bil-pittura ssir fuq it-tila fl-istudio tiegħu li kien jinsab ftit metri bogħod mill-Knisja, u mbagħad il-pittura fuq tila twaħħlet permezz ta’ kolla mas-saqaf. Valentina Lupo qalet li fost il-problemi li r-restawraturi sabu tliet snin ilu kienu hemm infiltrazzjoni tal-ilma, ħafna mill-verniċ kien sfar u ħafna partiċelli tat-tniġġis li weħlu mal-pittura.
    Valentina Lupo qalet “għamilna l-konsolidament ta’ zoni fjen il-kulur kien qiegħed jinqala’, wara sar it-tindif tal-pittura, fejn neħħejna dan it-tniġġis, neħħejna wkoll il-verniċ li biż-żmien sfar, u bdejna bil-mod il-mod nikfxu dawk il-kuluri sbieħ bright ħafna, vivaċi li oriġinarjament kien pitter Briffa fil-bidu tas-seklu 20”.
    Dan ir-restawr qed isir bl-għajnuna tal-Bank of Valletta.
    Charles Azzopardi qal “meta ġejna l-ewwel darba aħna stess konna immeraviljati bix-xogħol interessanti li fiha u ħassejna li f’dan il-każ ukoll kellna nidħlu biex ngħinnu fir-restawr tagħha.”
    Il-pjan hu li r-restawr tal-Knisja ta’ San Pawl tal-Wied jitlesta sas-sena d-dieħla.

КОМЕНТАРІ •