- 0
- 16 106
Soċjeta Filarmonika King's Own Valletta - A.D 1874
Приєднався 20 січ 2024
Fis-Sena 1874, is-Surmast Giuseppe Borg flimkien ma' għadd ta' partitarji Dumnikani Beltin waqqfu l-Ewwel Banda tal-Kapitali bl-isem 'La Nazionale' mgħarufa aħjar bhala l-Banda tal-Istilla. L-Għanijiet tal-Banda kienu tnejn, it-tkattir tal-arti u tgħalim mużikali fil-Belt Valletta u kif ukoll li tkabbar il-Festa ad unur il-Patrijarka Missierna San Duminku - għanijiet li din is-soċjeta għada tħaddan sal-llum il-ġurnata. Fl-istorja glorjuża ta' din is-Soċjeta, tispikka l-aktar iż-żjara u s-sehem tal-Banda fil-konkors internazzjonali t'Algeirs f'April tas-sena 1912, fejn il-Banda ħarġet rebbieħa f'kull kategorija ta' dan il-konkors u ġiet mogħnija bit-titlu ta' EĊĊELLENZA - L-Ewwel banda Maltija biex kisbet dan it-titlu prestiġġjuz u li għada tħaddnu bi kburija sal-llum il-ġurnata. Ġurnata oħra memorabbli fl-istorja ta' din is-Soċjeta' kienet dik ta' 8 ta' Settembru 1936 fejn il-Banda Ċittadina King's Own kienet l-Ewwel Banda fil-gżejjer Maltin li daqqet l-Innu Nazzjonali Malti.